Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju 2022 – It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Avvizi

  1. Illum: Jum in-nanniet u r-romol. Fis-6.00 p.m. rużarju meditat u quddiesa fis-6.30 pm. Iqaddes Mons. Dun Hector Scerri bis-sehem tan-nanniet u romol.
  2. Nhar it-Tnejn fl-4.30 pm se jsir it-tberik fi Triq il-Lunzjata filwaqt li t-Tlieta nispiċċaw it-tberik għal din is-sena fi Triq It-Tramm.
  1. Nhar it-Tnejn  hu Jum it-tfal u l-abbatini. Fis-6.00 pm it-tfal jiltaqgħu ħdejn il-Mużew tas-subien minn fejn jagħmlu purċissjoni żgħira  sal-Knisja. Fis-6.30 pm jkollna l-quddiesa mmexxija minn Patri Christopher Farrugia . Wara t-tfal jingħataw tifkira.
  1. Nhar it-Tlieta fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.30 pm quddiesa mmexxija mill-Wisq Reverendu Patri Gwardjan Joseph Magro u animata mill-Grupp Gifra.
  1. Nhar l-Erbgħa niċċelebraw is-Solennita’ tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl u Jum il-Komunità u l-Ewwel Jum ta’ Tridu. Fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.30 pm quddiesa mmexxija mill-Wisq Reverendu. Dun Peter Paul Sultana bis-sehem tal-lajċi mpenjati u għaqdiet tal-parroċċa. Mistiedna ukoll ex-membri tal-Youth Centre u ex-abbatini.  Il-ġabra fil-quddiesa se tmur għad-Dar tal-Kleru. Wara laqgħa soċjali flimkien quddiem il-knisja.  
  1. Nhar il-Ħamis, IT-TIENI JUM TAT-TRIDU Jum il-Vokazzjonijiet.  Fis-6.00 p.m. Rużarju meditat. Fis-6.30 p.m. quddiesa immexxija minn Mons. Dun Charles Bugeja. Wara jkun hemm adorazzjoni għall-vokazzjonijiet .
  1. Nhar il-Ġimgħa huwa Jum il-Familja fis-6.00 p.m. Rużarju meditat. 6.30 p.m. Quddiesa minn Mons. Dun Joe Bajada. Mistiedna speċjali dawk li kellhom anniversarju speċjali u dawk li kellhom tarbija matul is-sena li għaddiet.
  1. Nhar il-Ġimgha fit-8.30 pm ser isir kunċert fit-Triq il-Kappillan Mifsud mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni.  Wara ssir il-preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn l-istatwa tal-Kunċizzjoni mir-rappreżentanti tat-toroq tal-Parroċċa.  Kulħadd huwa mistieden.
  1. Is-Sibt, Lejliet il-Festa. Fit-8.15 am quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Fis-6.00 p.m. Translazzjoni bir-relikwija li se toħroġ mill-Katekumenju u tgħaddi minn Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq Kappillan Mifsud sal-knisja parrokkjali. Fis-6.30 p.m quddiesa bit-talba tal-Għasar. Imexxi l-Kappillan Dun Mario Mifsud.
  1. Il-Ħadd, Jum il-Festa.Ikollna quddiesa fis-6.30 am. Fit-8.30 a.m. issir  il-quddiesa prinċipali tal-Festa mmexxija minn W.R. Mons Dun Ġuzepp Mifsud Bonnici  f’għeluq is-60 sena mis- saċerdozju tiegħu. Infakkru li l-quddiesa tad-9.30 am ma ssirx. L-aħħar quddiesa filgħodu tkun fil-11.00 am.
  1. Filgħaxija, l-quddiesa bil-għasar tibda fis-6.00 p.m.imexxija minn Dun Paul Buttigieg u animata mill-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann.  Fis-7.00 p.m. toħroġ l-Purċissjoni, immexxija mill- W.R. Patri Joseph Zahra O.P Kappillan tal-parrocca ta’ Fatima u li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq il-Franġiskani,  Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi ipparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni  ser ngħidu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala komunita. Fl-10.15 pm, fi tmiem il-purċissjoni, ssir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-knisja.
  1. Matul il-ġranet tan-novena qed isir talb għall-familji li joqgħodu f’toroq partikulari u qed tinxtegħel xemgħa għal kull triq. Fejn il-bieb tal-knisja hemm ukoll qoffa sabiex niġbru ikel biex jingħataw lill-familji fil-bżonn tal-parroċċa.
  2. Nhar it-Tnejn, 4 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.

Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2022 – Solennita’ ta’ Coprus Christi – Il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej

   Avviżi

  1. Għada l-Ħadd filgħaxija fis-6.10 pm ikollna l-kant tat-Tieni Għasar u wara l-quddiesa nieħdu sehem fil-Purċissjoni bis-Sagrament li tgħaddi minn Triq Ġuże’ Pace, Triq Pace Forno, Triq Kanonku Bonnici u Triq Kap. Mifsud. Nispiċċaw bil-Barka Sagramentali.
  2. Nhar it-Tnejn fl-4.30 pm se nbierku fi Triq Barth (numri bil-fard djar 39 sa133), filwaqt li l-Erbgħa nbierka n-naħa l-oħra (numri biż-żewġ djar 26 sa 84).
  3. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għall-programm tal-festa. Fis –6.00 p.m. Rużarju meditat minn gruppi differenti tal-parroċċa. Kurunella u fis-6.30 p.m. Quddiesa mill-Wisq Reverendu Dun Charles Bugeja. Din il-quddiesa tkun animata minn band taż-żgħażagħ. Nhar il-Ħamis ukoll, se jkollna l-Carcade madwar it-toroq tal-Parroċċa. Fis-7.30 p.m  il-karrozzi jitilqu minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali fejn ikun hemm it-tberik tal-karozzi u tingħata tifkira.
  4. Nhar il-Ġimgħa hija s-Solennita’ tal-Qalb ta’ Ġesu’ jkun ukoll Jum l-anzjani u quddiesa għal dawk li mietu mill-aħħar festa. Fis- 6.00 pm rużarju meditat, kurunella, u quddiesa minn W.R Kappillan Dun Mario Mifsud u adorazzjoni Ewkaristika, Wara l-Barka tingħatha tifkira lill-anzjani. Dawk li jixtiequ trasport jistghu iħallu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali.
  5. Is-Sibt, jkollna l-Ħruġ tal-Vara min-niċċa. Fis-5.45 p.m. il-Kor Parrokkjali jesegwixxi għanjiet u jsir qari ta’ Poeżiji fuq il-Madonna. Fis-6.30 p.m. L-Istatwa tal-Madonna titqiegħed fil-post ta’ qima għall-ġranet tal-Festa. Għal din il-quddiesa qed jiġu mistiedna dawk il-parruċċani kollha li jisimhom għal Marija Immakulata. Jingħata wkoll il-mandat lir-reffiegħa.
  6. Nhar is- Sibt ukoll sejrin nagħtu d-demm. Dawk kollha li għandhom bejn it-18 u s-67 sena u jixtiequ jiġu għandhom iġibu magħhom il-karta tal-identita. Nitilqu minn quddiem il-knisja fit-8.30 am.
  7. Nhar il-Ħadd: Jum in-nanniet u r-romol. Fis-6 p.m. rużarju meditati u quddiesa fis-6.30 pm. Iqaddes Mons Dun Hector Scerri bis-sehem tan-nanniet u r-romol.   
  8. Infakkrukom fid-donazzjonijiet għall-fjuri friski fi żmien il-festa sabiex iġġibuhom jew fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Ghal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma’ board fejn il-bieb tal-Knisja.
  9. Infakkru li l-ġbir kollu li jsir is-Sibt u l-Ħadd li ġej imur għall-ispejjeż tal-festa. Nitlobkom tkunu ġenerużi.
  10. Nitolbu għal ruħ Ċettina Mifsud Bonnici, u Aurelio Mizzi li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2022 – Solennita’ tal-Għid il-Ħamsin – Il-Pentekoste Sena Ċ

AVVIŻI

  1. Nhar it-Tnejn inkomplu t-tberik tal-Familji fi Triq Adelaide Cini u L-Erbgħa Triq il-Ferrovija u Triq il-Liceo.
  2. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30 am ser issir l-Ewwwel Tqarbina lil 17-il tifel u tifla. Bħala preparazzjoni nhar it-Tnejn fis-7 pm ser issir laqgħa għall-ġenituri li għandhom it-tfal għal preċett fis-Sala Parrokkjali.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  4. Nhar il-Ġimgha fis-7 pm ser issir il-prova tat-tfal li se jagħmlu l-ewwel tqarbina.
  5. Wasal il-programm tal-festa. Nitolbu id-distributuri biex jiġbruhom mill-uffiċċju parrokkjali it-Tnejn, l–Erbgħa jew il-Ġimgħa filgħodu.
  6. Nitolbu għal ruħ Raymond Camilleri u Louis Schembri li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2022 – Tlugħ is-Sema tal-Mulej – Sena Ċ

AVVIŻI

  1.  Nhar it-Tnejn  se nbierku Triq Mimosa (numri bil-fard biss minn numru 5 sa St Anthony Flats). L-Erbgħa nkomplu Triq Mimosa  (numri biż-żewġ minn numru 2 sa Doris flats).  
  2. Nhar it-Tlieta  se ssir laqgħa soċjali fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Il-Ħamis fis-7.00 pm se jiltaqa’ l-Kunsill Parrokkjali.
  4. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  5. Matul din il-ġimgħa se ssir in-novena bit-tħejija għall-festa tal-Pentekoste nhar il-Ħadd li ġej, għalhekk fis-6 pm wara ir-rużarju se tingħad it-talba tal-Veni Creator, u meta jingħad ir- rużarju tingħad il-litanija tal-Ispirtu Santu minflok tal-Madonna. Fis-6.30 pm il-quddiesa.
  6. Matul il-ġranet li ġejjin se jitqassam il-programm tal-festa u l-envelope tal-festa.
  7. Il-weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar.
  8. Nitolbu għall-erwieħ ta’  Doris Darmanin u Doris Debattista li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 22 ta’ Mejju 2022 – Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena Ċ

AVVIŻI

  1.  Nhar it-Tnejn   inkomplu t-tberik tal-Familji: Nhar it-Tnejn Triq Ġuże’ Maria Camilleri u Triq Pace Forno; it-Tlieta nbierku Triq Joe Sciberras u Turu Lentini. L-Erbgħa Triq Danny Cremona.   Il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu Triq id-Duluri (minn Triq Indri Cilia sa Triq Villambrosa) .  Il-Ġimgħa  Triq Byron. It-tberik filgħodu fid-9:00 am u filgħaxija jibda fl-4.30 pm.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar is-Sibt   jaħbat l-34 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-knisja, għalhekk ser nfakkru dan l-anniversarju fil-quddiesa fis-8.15 am.
  4.  Nhar l-Erbgħa iċ-Ċentru tal-Anzjani se jorganizza attivita’ soċjali fil-Qawra. Tluq fid-9 am. Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn.
  5. Nitolbu għal ruħ Cettina Galdes  li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 15 ta’ Mejju 2022 – Il-Ħames Ħadd tal-Għid – Sena Ċ

Avviżi

  1.  Nhar it-Tnejn ikompli t-tberik tal-Familji: Nhar it-Tnejn filgħaxija Triq Kanonku Bonnici (numri bil-fard biss , 1-127),  it-Tlieta filgħaxija nbierku Triq Orsolini. L-Erbgħa filgħaxija Triq Kanonku Bonnici (numri biż-żewġ, 4-70).   Il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu Triq id-Duluri (minn Triq il-Kunċizzjoni sa Triq Indri’ Cilia biss).  Il-Ġimgħa filgħaxija Triq Maitland. It-tberik filgħaxija jibda fl-4.30 pm.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar il-Ġimgħa se ssir laqgħa soċjali fis-sala parrokkjali fis-7 pm. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Iċ-Ċentru tal-Anzjani se jorganizza attivita’ soċjali fil-Qawra nhar l-Erbgħa 25 ta’ Mejju. Tluq fid-9 am. Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali.
  5. Nitolbu għal ruħ Mary Pace u Carmela Xuereb li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 8 ta’ Mejju 2022 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – Sena Ċ

AVVIŻI

                         

  1. Nhar it-Tlieta nkomplu bit-tberik tal-Familji: it-Tlieta nbierku Triq Nuzzo; l-Erbgħa filgħodu fid-9.00 am Triq Villambrosa (numri bil-fard biss) u filgħaxija Triq Villambrosa (numri biż-żewġ); il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu Sqaq nru. 1 fi Triq id-Duluri u Sqaq il-Għajn; u l-Ġimgħa filgħaxija Triq Indrì Cilia.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nitolbu għal ruħ Mary Farrugia u Frank Briffa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
  4. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm nagħtu l-awguri lill-ommijiet kollha. Nistiednu lin-nisa li hawn preżenti biex wara l-quddiesa jitilgħu biex jieħdu tifkira tal-okkażjoni.

Il-Ħadd 1 ta’ Mejju 2022 – It-Tielet Ħadd tal-Għid – Sena Ċ

Avviżi

  1. Nħar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Nhar it-Tlieta 10 ta’ Mejju se issir laqgħa soċjali fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Navżaw li minn nhar it-Tnejn mhux se jibqgħu obbligatorji r-restrizzjonijiet minħabba l-pandemija. Dawk li jixtiequ jistgħu xorta jibqgħu jużaw il-maskra. L-użu tas-sanitizer jibqa’ rrakkomandat u tistgħu issibuh bħas soltu ħdejn il-bieb u fejn ikun hemm l-offerti.
  4. Nitolbu għal ruħ Carmel Spiteri, Marlene Affifi u Joseph Muscat. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  5. Il-weekend li ġej se ssir il-Ġabra Speċjali għall-Karita’ biex il-knisja tgħin lill-Istuzzjonijiet tal-karita’.

Il-Ħadd 24 t’April 2022 – It-Tieni Ħadd tal-Għid – Sena Ċ Festa tal-Ħniena Divina

AVVIŻI 

  1. Illum il-Ħadd, it-Tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina.  Fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika, fis-6.10 pm Għasar kantat u Barka Sagramentali.
  2. Nhar it-Tnejn inkomplu t-tberik tal-Familji: It-Tnejn nbierku Triq Alexander.  Nhar it-Tlieta nbierku triq il-Kappillan Mifsud. L-Erbgħa Triq Schembri, Triq Muscat Azzopardi u Triq Manwel Magri.  Il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu Triq Vitale u Dun Edgar Vella. Il-Ġimgħa  filgħaxija Triq Mons. Depiro.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  4. Infakkrukom li matul iż-żmien tal-Għid sal-Pentecoste matul il-ġimgħa, fis-6.00 pm ikollna l-Via Luċis, it-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt, filwaqt li t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa ikollna r-rużarju. Il-Ħadd fis-6.10 pm ikollna t-talba tal-Għasar kantat.
  5. Fil-weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa tal-ewwel Ħadd tax-xahar.

Il-Ħadd 10 t’April 2022 – Ħadd il-Palm

Avviżi

  1. Illum, niċċelebraw Ħadd il-Palm. Fid-9.00 am niltaqgħu fil-bitħa tas-Sorijiet tal-Eġittu, fejn isir it-Tberik tal-Palm, wara Purċissjoni sal-Knisja. Fid-9.30 am jkollna l-quddiesa bħas-soltu.  Fil-5.00 pm Purċissjoni tad-Duluri li se tgħaddi minn Triq Manwel Magri, Triq Joe Sciberras, Triq Alexander, Triq Nuzzo, Triq id-Duluri u Triq Manwel Magri.  Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
  2. Nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa l-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bit-talba tal-għasar.
  3. Nhar it-Tnejn ukoll fit-7.00 pm, ssir Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Arċisqof, fil-Belt Valletta.
  4. Nhar l-Erbgħa wara l-quddiesa tas-6:30 pm talb quddiem il-Kurċifiss. Fis-7.30 pm il-GIFRA (żgħażagħ franġiskani) se jtellgħu Musical fuq il-ħajja ta’ San Franġisk fil-Knisja ta’ San Franġisk. Kulħadd hu mistieden.
  5. Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, filgħodu ma jkunx hawn quddies u kemm il-Knisja kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqin. Fis-6.30 pm nagħtu bidu għat-Tridu qaddis ta’ l-Għid fejn ikollna quddiesa Konċelebrata. Fit-8.00 pm nagħmlu flimkien il-viżti u fl-10.00 pm siegħa mqaddsa biex intemmu dan il-Jum speċjali.
  6. Infakkru li nhar il-Ġimgħa l-Kbira hemm l-obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fit-8 am ikun hawn it-talba tal-Lawdi organizzata mill-mixja Neokatekumenali. Il-knisja tiftaħ fis-2.30 pm u fit-3.00 pm tibda l-Azzjoni liturġika tal-Jum. 
  7. Nhar is-Sibt, fit-8.00 pm niċċelebraw il-Vġili tal-Għid li fiha niċċelebraw il-misteru tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.
  8.  Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-vara tad-Duluri hemm kaxxa apposta sabiex nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna  b’risq dawk li huma fil-bżonn.
  9. Nfakkrukom ukoll li qed niġbru preserves għad-Dar tal-Providenza.
  10. Nhar it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm, se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġu lil dawk li jistgħu sabiex joffru figolla li jistgħu jgħadduhielna fl-uffiċċju Parrokkjali  jew fis-sagristija.
  11. Il-ġabra li għamilna għas-Seminarju ammontat għal €678. Nirringrazzjawkom.
  12. Nitolbu għall-erwieħ  ta’ Joseph Bonnici, Maria Dolores Verzin, Theresa Spiteri u Joseph Cuschieri. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.