Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2022 – Solennita’ ta’ Coprus Christi – Il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej

   Avviżi

  1. Għada l-Ħadd filgħaxija fis-6.10 pm ikollna l-kant tat-Tieni Għasar u wara l-quddiesa nieħdu sehem fil-Purċissjoni bis-Sagrament li tgħaddi minn Triq Ġuże’ Pace, Triq Pace Forno, Triq Kanonku Bonnici u Triq Kap. Mifsud. Nispiċċaw bil-Barka Sagramentali.
  2. Nhar it-Tnejn fl-4.30 pm se nbierku fi Triq Barth (numri bil-fard djar 39 sa133), filwaqt li l-Erbgħa nbierka n-naħa l-oħra (numri biż-żewġ djar 26 sa 84).
  3. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għall-programm tal-festa. Fis –6.00 p.m. Rużarju meditat minn gruppi differenti tal-parroċċa. Kurunella u fis-6.30 p.m. Quddiesa mill-Wisq Reverendu Dun Charles Bugeja. Din il-quddiesa tkun animata minn band taż-żgħażagħ. Nhar il-Ħamis ukoll, se jkollna l-Carcade madwar it-toroq tal-Parroċċa. Fis-7.30 p.m  il-karrozzi jitilqu minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali fejn ikun hemm it-tberik tal-karozzi u tingħata tifkira.
  4. Nhar il-Ġimgħa hija s-Solennita’ tal-Qalb ta’ Ġesu’ jkun ukoll Jum l-anzjani u quddiesa għal dawk li mietu mill-aħħar festa. Fis- 6.00 pm rużarju meditat, kurunella, u quddiesa minn W.R Kappillan Dun Mario Mifsud u adorazzjoni Ewkaristika, Wara l-Barka tingħatha tifkira lill-anzjani. Dawk li jixtiequ trasport jistghu iħallu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali.
  5. Is-Sibt, jkollna l-Ħruġ tal-Vara min-niċċa. Fis-5.45 p.m. il-Kor Parrokkjali jesegwixxi għanjiet u jsir qari ta’ Poeżiji fuq il-Madonna. Fis-6.30 p.m. L-Istatwa tal-Madonna titqiegħed fil-post ta’ qima għall-ġranet tal-Festa. Għal din il-quddiesa qed jiġu mistiedna dawk il-parruċċani kollha li jisimhom għal Marija Immakulata. Jingħata wkoll il-mandat lir-reffiegħa.
  6. Nhar is- Sibt ukoll sejrin nagħtu d-demm. Dawk kollha li għandhom bejn it-18 u s-67 sena u jixtiequ jiġu għandhom iġibu magħhom il-karta tal-identita. Nitilqu minn quddiem il-knisja fit-8.30 am.
  7. Nhar il-Ħadd: Jum in-nanniet u r-romol. Fis-6 p.m. rużarju meditati u quddiesa fis-6.30 pm. Iqaddes Mons Dun Hector Scerri bis-sehem tan-nanniet u r-romol.   
  8. Infakkrukom fid-donazzjonijiet għall-fjuri friski fi żmien il-festa sabiex iġġibuhom jew fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Ghal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma’ board fejn il-bieb tal-Knisja.
  9. Infakkru li l-ġbir kollu li jsir is-Sibt u l-Ħadd li ġej imur għall-ispejjeż tal-festa. Nitlobkom tkunu ġenerużi.
  10. Nitolbu għal ruħ Ċettina Mifsud Bonnici, u Aurelio Mizzi li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
Tags: No tags

Comments are closed.