Avviżi – Il-Ħadd 20 t’Awwissu 2023

L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  1. Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru. Se jkollna it-trasport fis-7 pm minn fejn il-knisja.  Dawk li jixtiequ jibbukkjaw, jgħidu lil-kappillan jew fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Din il-ġimgħa komplew deħlin donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna. Kellna 3 ta’ €100,  3 ta’ €50, 2 ta’ €20,  6 ta’ €10 u waħda ta’ €5.  Is-somma li nġabret sa issa hija ta’ €4,905.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd.  Inħeġġeġ lil kulħadd biex ikollu sehem minn dan ix-xogħol bżonnjuż li qed isir fuq din ix-xbieha għażiża.
  1. F’għeluq l-44 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Immakulata Kunċizzjoni, se ssir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin nhar id-29 ta’ Awwissu fis-7 pm. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din il-quddiesa.  Il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ma ssirx.  Dak in-nhar se jiġu nawgurati wkoll opri ġodda fil-Każin. U wara jkun hemm ukoll reception.
  1. Nitolbu għal ruħ Ġużeppi Cascun  li miet matul din il-ġimgħa . Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. 
  1.  

 

 

Avviżi – Il-Ħadd 13 t’Awwissu 2023

Id-Dsatax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊ

  1. Illum qed tigi ċċelebrata l-festa ta’ San Gejtanu. Nawguraw minn qalbna li din il-festa tħalli ġid spiritwali fil-Parruċċani u l-Ħamruniżi kollha.  Bħala sinjal ta’ għaqda u kollaborazzjoni, il-Parroċċa tagħna se toffri bukkett lil San Gejtan waqt il-Purċissjoni.  Għalhekk qiegħed nistieden lil dawk kollha li se jkunu preżenti għall-festa ta’ San Gejtanu u oħrajn li jixtiequ jingħaqdu magħna, biex ghas-7.30 pm niltaqgħu ilkoll ħdejn il-Bank of Valletta biex f’isem il-Parruċċani kollha noffru l-bukkett lil vara ta’ San Gejtanu.
  2. Nhar It-Tlieta  hija s-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija. Infakkru li hija festa bl-obbligu tal-quddies.  Il-Quddiesa tat-Tnejn filghaxija u l-gurnata tat-Tlieta jkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
  3. Nhar l-Erbgħa jaħbat is-60 anniversarju minn meta nfetħet il-Knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Emanuel Galea. Għalhekk ikun xieraq li nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li sar f’din il-knisja.
  4. Infakkar lil kulhadd li fil-Parroċċa tagħna, biswit il-Knisja, għandna l-Kappella li fiha Ġesu’ Ewkaristija huwa espost il-ħin kollu.  Tkun miftuħa il-ġurnata kollha.  Għalhekk inħeġġiġkom biex tidħlu tagħmlu żjara, anki jekk ta’ ftit hin, lil Ġesu’ fl-Ewkaristija.   Ħeġġu anki lit-tfal li jkunu magħkom sabiex tidħol fihom id-drawwa sabiħa li jsellmu lil Ġesu’ fl-Ewkaristija ftit kuljum.  Inutli li noqgħodu nilmintaw li spiċċa kollox jekk aħna ma nagħmlux ħilitna sabiex inrawwmu fit-tfal, imħabba lejn Ġesu’.
  5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  6. Din il-ġimgha komplew deħlin aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna.  Kellna 3 donazzjonijiet ta’ €100, waħda ta’ €70, 5 ta’ €50, waħda ta’ €40, waħda ta’ €30, waħda ta’ €20 u waħda ta’ €5.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd.  Ninsabu nofs triq bil-għajnuna ta’ kulħadd. Inġabret is-somma ta’ €4310.
  7. Nitolbu ghal ruħ Alfred Francica u li miet din il-ġimgħa . Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 6 t’Awwissu 2023

It-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊ

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Din il-ġimgha komplew jidħlu donazzjonijiet għar-restawr tal-Vara Titulari tagħna. Kellna donazzjoni ta’ €500, 2 donazzjonijiet ta’ €100, 4 donazzjonijiet ta’ €50, donazzjoni ta’ €40 u 3 donazzjonijiet ta’ €20.  Sa issa nġabret is-somma ta’ €3535.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd u nħeġġeġ sabiex inkomplu nagħtu mill-aħjar li nistgħu sabiex lejn il-festa liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Diċembru li ġej, nilqgħu lura fostna il-Madonna fil-Parroċċa tagħna.
  3. Nitolbu għal ruħ Joseph Hili, Eugenio Agius, Teresa Micallef li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 30 ta’ Lulju 2023

Is-Sbatax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊ

  1. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, għalhekk  ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, ‘il fuq minn 100 żgħażugħ mill-Parroċċa tagħna marru ġewwa l-Portugal għal laqgħa taż-żgħażagħ mal-Papa Franġisku.  Nitolbu għalihom biex din il-laqgħa ma tkunx biss avventura, imma tħalli l-frott gewwa fihom.  Jalla l-preżenza tagħhom hemmhekk tati tama lil Knisja u jekk il-Mulej qed isejjaħ lil xi ħadd minnhom għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża, ma jibżgħux jgħidulu iva.
  3. Din il-ġimgħa komplew jidħlu donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna. Kellna donazzjoni ta’ €500, 2 ta’ €100, u 2 ta’ €50. Sa issa nġabret is-somma ta’ €2485.  Grazzi mill-qalb u nħeġġeġ biex inkomplu nagħtu li nistgħu ħalli nkopru s-somma meħtieġa ta’  €9000.  Grazzi.
  4. Nitolbu għal ruħ Vincenza Fenech , Maria Preca u  Cetta Custo’  li mietu matul din il-gimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 23 ta’ Lulju 2023

Is-Sittax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊ

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Din il-ġimgħa komplew deħlin donazzjonijiet għar-restawr tal-Vara titulari. Kellna donazzjoni ta €300, 2 donazzjonijiet ta’ €100, 5 donazzjonijiet ta’ €50, donazzjoni ta’ €25, 2 donazzjonijiet ta’ € 20, u donazzjoni ta’ €10.  Sa issa ġbarna s-somma ta’ €1550.   Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ tagħkom u li qed tagħmlu possibbli r-restawr ta’ din l-opra tant għall-qalbna.
  3. Nitolbu għal ruħ Pio Gusman li miet matul din il-ġimgħa . Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 16 ta’ Lulju 2023

Il-Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Infakkar li nhar il-Ħamis issir l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Minkejja li bħalissa kulħadd ifittex ftit jiem ta’ mistrieħ, ejjew ma nħallux li l-mistrieħ itellifna milli niġu biex nitolbu u niċċelebraw l-Ewkaristija. U nfakkar biex kemm jista’ jkun niġu lebsin b’mod li jixraq lid-Dar ta’ Alla. Dan jgħodd kemm għall-Knisja u kemm għall-Uffiċċju Parrokkjali.
  3. Bdew deħlin xi donazzjonijiet għar-restawr tal-Vara titulari tagħna.
    Persuna li tat €100
    2 Persuni li taw €50
    Persuna li tat €5
    Grazzi lil kulħadd. Tafu li s-somma se tiġi madwar €9000 biex nippreservaw bl-aħjar mod din l-opra tant għażiża għalina.

Avviżi – Il-Ħadd 9 ta’ Lulju 2023

  L-Erbgħatax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nitolbu għal ruħ Dolores Coleiro, Tessie Vella, Twanny Mifsud u Benny Bartolo li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 2 ta’ Lulju 2023

   It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A

FESTA TITULARI TAL-PARROĊĊA


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. (Sibt) Għada IL-ĦADD Jum il-Festa  Fit- 8:30 am: Quddiesa Solenni tal-Festa mill-Isqof Joseph Alessandro, OFM Cap. INĦEĠĠU LIL KULĦADD JATTENDI DIN HI IL-QUDDIESA PRINĊIPALI TAL-FESTA.

(Il-Ħadd) illejla 5.30 pm: It-talb tas-Salmi.  Fis-6.00 pm quddiesa ċċelebrata minn Patri Elmar Pace li huwa mill-Parroċċa tagħna u animata mill-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann. 

Fis-7.00 p.m. toħroġ il-Purċissjoni bl-Istatwa maħbuba u devota ta’ Marija Immakulata li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq Franġiskani, Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex nikkoperaw mal-Puluzija u f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi pparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni  ser nitolbu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala Komunita din it-talba tant għaziza ghal Ommna Marija. Fl-10.15 pm: ninġabru hdejn il-Knisja biex fi tmiem il-purċissjoni, naghtu tislima lill-Madonna bix-xemghat f’idejna wara d-dhul solenni fil-Knisja. Kant tal-antifona u tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-Knisja.

2. Nhar it-Tnejn, 3 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.

3. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, għalhekk ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

4. Nixtieq navżakom li l-Ufficcju Parrokkjali mhux se jkun miftuħ it-Tnejn 3 ta’ Lulju.  Imbagħad jiftaħ l-Erbgħa u l-Ġimgha filgħodu.

5. Nitolbu għal ruħ Rose Zammit  li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 25 ta’ Ġunju 2023

   It-Tnax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar IT-TNEJN  Il-Ħames jum tan-Novena.  Jum tfal fis- 6:45 pm Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna mill-Knisja Parrokkjali sal-Ħamrun Nursery. Il-Madonna tkun akkumpanjata mill-Iscouts tal-Ħamrun. 7:15 pm: Quddiesa fil-Ħamrun Nursery minn P. Christopher Farrugia OFM.  It-tfal iġibu magħhom xi ħelu biex jingħataw lit-tfal ta’ familji fil-bżonn. Wara l-Quddiesa t-tfal jingħataw ġelat.
  2. Nhar it-TLIETA  huwa s-sitt jum tan-Novena: Jum iż-żgħażagħ  6.00 pm Rużarju meditat. 6.30 pm: Quddiesa bis-sehem tal-GIFRA mmexxija minn P. Joe Magro OFM, tal-Komunità tal-Patrijiet Franġiskani. Wara l-Quddiesa, Kurunella lill-Immakulata Kunċizzjoni u jitkanta innu Marjan. Wara, Bibita għaż-żgħażagħ preżenti.
  3. L-ERBGĦA huwa s-seba’ jum tan-novena – Jum il-Komunita   Mistiedna s-saċerdoti u r-reliġjużi li ħadmu jew li ħarġu mill-parroċċa, persuni li kienu attivi fil-parroċċa, eks membri fil-Youth Centre, l-Abbatini, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjonijiet u l-Għaqdiet tal-Parrocca. 6:00 pm Adorazzjoni għall-qdusija tal-Kleru u għall-vokazzjonijiet minn Dun Ġużepp Mifsud Bonnici. 6:30 pm Quddiesa minn Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici. Wara l-Quddiesa, Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni. Wara: Wine and Pizza party quddiem il-Knisja.
  4. IL-ĦAMIS niċċelebraw is-Solennita’ tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl.  Huwa it-Tmien jum tan-Novena.   Fis- 6:00 pm: Rużarju meditat 6:30 pm: Quddiesa minn Dun Charles Bugeja. Il-parroċċa tiftakar f’ħutna li marru qabilna mill-festa l-oħra ‘l hawn .  Wara l-Quddiesa, Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.
  5. IL-ĠIMGĦA  Id-Disa’ jum tan-Novena  Jum il-Familja. Mistednin koppji, familji u parruċċani ġodda. Issir il-preżentazzjoni tat-trabi u tat-tfal lill-Madonna kif ukoll se jkun hemm il-magħmudijiet.  6:00 pm: Rużarju meditat. 6:30 pm: Quddiesa minn Mons. Hector Scerri. Wara l-Quddiesa, Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.
  6. Nhar il-Ġimgha ukoll fit-8.30 pm se jsir kunċert fit-Triq il-Kappillan Mifsud mill-Banda Immakkulata Kunċizzjoni.  Wara ssir il-preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn l-istatwa tal-Kunċizzjoni mir-rappreżentanti tat-toroq tal-Parroċċa.  Kulħadd huwa mistieden.
  7. Nhar is-SIBT  lejliet il-festa  8:15 am: Quddiesa bit-Te Deum. Jiċċelebra P. Joseph Zahra, OP, Kappillan Gwardamanġa. 6:00 pm: Translazzjoni mmexxija mill-Kappillan Dun Franco Fenech mill-Katekumenju sal-Parroċċa. Kulħadd imħeġġeġ jakkumpanja r-relikwija tal-Madonna. Ir-Relikwija se tkun akkumpanjat ukoll mill-aħwa tal-Komunita’ Neokatekumenali li se jkantaw innijiet lil Madonna matul it-toroq. Fis-6:30 pm: Quddiesa bit-talb tas-Salmi fiha iċċelebrata mill-Kappillan Dun Franco Fenech . Il-Knisja tibqa miftuha sa tard.
  8. IL-ĦADD Jum il-Festa  Fit- 8:30 am Quddiesa Solenni tal-Festa mill-Isqof Joseph Alessandro, OFM Cap. INĦEĠĠU LIL KULĦADD JATTENDI DIN IL-QUDDIESA PRINĊIPALI TAL-FESTA. 5.30 pm: It-talb tas-Salmi.  Fis-6.00 pm quddiesa ċċelebrata minn Patri Elmar Pace  li huwa mill-Parrocca tagħna u animata mil-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann.  Fis-7.00 p.m. toħroġ l-Purċissjoni bl-istatwa maħbuba u devota ta’ Marija Immakulata li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq Franġiskani,  Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex nikkoperaw mal-Puluzija u  f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi pparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni  ser nitolbu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala Komunita’ din it-talba tant ghaziza għal Ommna Marija. Fl-10.15 pm: ninġabru ħdejn il-Knisja biex fi tmiem il-purċissjoni, nagħtu tislima lill-Madonna bix-xemghat f’idejna wara d-dhul solenni fil-Knisja. Kant tal-antifona u tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-Knisja.
  9. Nhar it-Tnejn, 3 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.
  10. Nitolbu għal ruħ Maria Stella Micallef li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 18 ta’ Ġunju 2023

   Il-Ħdax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta 20 ta’ Ġunju se ssir zjara lid-Dar tal-Kleru Birkirkara, fejn jgħixu saċerdoti u patrijiet anzjani u morda, fejn se ssir quddiesa u adorazzjoni u nżuru lis-saċerdoti li jgħixu hemmhekk. Min jixtieq jiġi javża fl-uffiċċju parrokkjali jew lil Christine fuq 21240092.
  2. Nhar IL-ĦAMIS 22. L-ewwel jum tan-Novena bi thejjija għall-festa titulari. Fis-6:00 pm: Rużarju. 6:30 pm: Quddiesa Quddiem il-Knisja tal-Franġiskani bis-sehem tas-sewwieqa. Is-Sewwieqa bil-karozzi huma mistiedna li jieħdu posthom kmieni fit-triq ta’ quddiem il-Knisja tal-Franġiskani.  Wara l-quddiesa jsir it-tberik, tingħata tifkira u ssir carcade mat-toroq tal-Parroċċa. Jiċċelebra Patri Pawl Galea OFM. Mistednin il-membri tal-Kummissjoni Festa, il-Grupp Armar Festa, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u l-Għaqda Dilettanti tan-Nar. Ghalhekk dak inhar il-Knisja tkun magħluqa.
  3. IL-ĠIMGĦA 23: It-Tieni jum tan-Novena; Jum l-anzjani bit-tema: MARIJA FARAG TAGĦNA. Fis-6:00 pm: Rużarju. 6:30 pm: Quddiesa minn Mons. Joe Bajada għall-bżonnijiet tal-anzjani tal-Parroċċa li fiha namministraw is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kummissjoni Djakonija. Wara l-quddiesa: tingħad il-Kurunella lil Imm. Kunċizzjoni u wara jkun hemm bibita barra fejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
  4. IS-SIBT 24 It-Tielet jum tan-Novena bit-tema: HAWN HI L-QADDEJJA TAL-MULEJ. 6:00 pm: Rużarju meditat. 6:30 pm: Quddiesa mill-Kappillan Dun Franco Fenech. Mistednin il-parruċċani kollha li jisimhom għal Marija. Jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-vara. FI TMIEM IL-QUDDIESA TINĦAREĠ L-ISTATWA MAĦBUBA U DEVOTA TA’ MARIJA IMMAKULATA. Wara l-quddiesa: Kulħadd mistieden jibqa’ ftit ħin fil-Knisja għall-innijiet ta’ tifhir lil Marija mill-Kor tal-Parroċċa.
  5. IL-ĦADD 25.  Ir-Raba’ jum tan-Novena bit-tema: MARIJA OMM IL-ĦNIENA. Mistednin speċjali l-barranin li jgħixu fil-parroċċa u l-għaqdiet ta’ karità u soċjali. 6:00 pm: Rużarju meditat. 6:30 pm: Quddiesa minn P. Marcellino Micallef OFM. Il-ġbir ta’ dak in-nhar se jmur għas-Soup Kitchen li tipprovdi ikel lil persuni vulnerabbli. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor tal-Franġiskani Minuri mmexxi minn P. Pawl Galea OFM u mill-komunità barranija. Wara l-Quddiesa: Kurunella lill-Immakulata Kunċizzjoni u innu Marjan.
  6. Matul in-Novena kollha se tinxtegħel xemgħa kuljum quddiem l-istatwa tal-Madonna għal kull Triq biex nitolbu għar-residenti. Inħeġġu lir-residenti tat-toroq biex jattendu bi ħġarhom.
  7. Is-Sibt 24 bejn id- 9:00 am sa 12:00 pm: sejrin nagħtu id-demm. Dawk li jixtiequ jingħaqdu magħna jiġu ħdejn il-Knisja fid-9.00 am u jġibu l-karta ta’ l-identita’.
  8. Nhar il-Ħadd ser jigi organizzat bbq mill-Grupp armar festa flimkien mal-għaqda dilettanti tan-nar fi pjazza Kappillan Muscat. Booking mingħand il-membri tal-Grupp Armar u dilettanti tan-Nar.
  9. Bhas-soltu qed nilqgħu donazzjonijiet għall-fjuri friski biex iżejjnu l-Knisja fi żmien il-festa. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett hdejn il-vara ta’ Marija Immakulata.
  10. Nawguraw lil missirijiet kollha illum Jum Il Missier.