Il-Ħadd 1 ta’ Marzu 2020 – L-Ewwel Ħadd tar-Randan Sena A

                         

Avvizi

  1. Nhar it-Tnejn il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fil-5.30 pm bis-sehem tat-tfal li jattendu id-dutrina flimkien mal-ġenituri tagħhom. Dakinhar it-tfal jingħataw il-karus ta’ mħabba  ħalli l-flus li jinġabru jingħataw lid-Dar tal-Providenza.  Wara l-quddiesa ikun hawn il-Via Sagra.
  2.  Nhar it-Tnejn  ukoll, ikun hawn l-eżerċizzi tal-miżżewġin fis-7.00 pm. Il-Predikatur se jkun Mons. Charles Attard, Direttur tal-Moviment ta’ Kana.
  3. Nhar l-Erbgħa ikun hawn il-laqgħa taċ-ċentru ta’ l-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.
  4. Nhar l-Erbgħa wkoll se nagħtu bidu għat-tberik tal-Familji ta’ Triq Villambrosa. Nibdew fl-4.30 pm.
  5. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm ikollna l-Via Sagra, fis-  6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  6. Bħala miżura ta’ prekawzjoni u biex jiġi evitat kemm jista’ jkun il-periklu ta’ tixrid tal Coronavirus, sakemm jingħataw direttivi oħra it-Tqarbin Ewkaristiku bl-ostja ghandu jsir biss fl-idejn u mhux fil-ħalq.
  7. Infakkru lil dawk li għadhom ma ġabux l-envelope tal-Festa sabiex jew iħalluh fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali.
  8. Nitolbu għal ruħ Frankie Farrugia li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 23 ta’ Frar 2020 – Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena A

 AVVIŻI

  1. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Mqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena, kif ukoll ta’ astinenza (ma jittekilx laħam) /sagrifiċċju għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18 il-sena. Fil-quddies kollu jkollna l-funzjoni tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30 pm toħroġ il-quddiesa kantata.
  2. Nhar il-Ġimgħa se jsir pellegrinaġġ bix-xbieha ta Ġesu Kurċifiss.  Nitilqu fis-6.00 pm.  Ngħaddu minn Manwel Magri, Kuċizzjoni, Burlo’, Duluri, Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Kappillan Mifsud sal-knisja. Wara l-pellegrinaġġ, għal ħabta tas-7.00 pm  ikollna l-quddiesa. 
  3. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Nhar il- Ħamis ser isir coffeee morning b’risq il-Parroċċa. Nitilqu fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  5. Nixtiequ navżaw lil dawk li huma nteressati jiġu it-tour għad-Dolomiti sabiex jagħmlu l-booking mhux aktar tard mill-Erbgħa.
  6. Il-Weekend li ġej nagħmlu l-Ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.
  7. Nitolbu għal ruħ ta’ Raymond Libreri  u Liliana Mallia li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 16 ta’ Frar, 2020 – Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A

                                              

                                                

 AVVIŻI

  1. Nhar l-Erbgħa  ser isir ħarġa bil-quddiesa fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi organizzata miċ-Ċentru ta’ l-anzjani. Tluq fid-8.45 am. Aktar tagħrif u biljetti mingħand il-helpers.
  2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ġimgħa  fis-7.30 pm  fis-Sala parrokkjali se ssir attivita’ soċjali b’risq il-festa parrokkjali.  Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nixtiequ navżaw lil dawk li huma interessati jiġu it-tour għad-Dolomiti bejn 31 t’ Awissu u 7 ta’ Settembru  li jridu jagħmlu l-booking mhux aktar tard mill-Erbgħa 26 ta’ Frar.

Il-Ħadd 9 ta’ Frar 2010 – Il-Ħames Ħadd matul is-Sena A

 AVVIŻI

  1. Għada t-Tnejn  hija il-Festa ta’ Missierna San Pawl. Hija festa kmandata għalhekk il-quddies ikun bħal tal-Ħadd.  Fil-quddiesa tad-9.30 am se jkunu mistiedna dawk li jisimhom għal San Pawl .
  2. Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-Irġiel, issir il-laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd minn koperatur tal-Museum.
  3. Nhar l-Erbgħa ser isir coffeee morning b’risq il-knisja. Nitilqu fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
  5. Nhar il-Ħamis ukoll issir l-adorazzjoni imexxija mill-Grupp Ħniena Divina fid-8.45 am fil-kappella ta’ l-Adorazzjoni.
  6. L-Erbgħa 19 ta’ Frar ser isir ħarġa bil-quddiesa organizzata miċ-Ċentru ta’ l-anzjani. Ser ikollna quddiesa fid-Dar tal-Providenza, Is-Siġġiewi u wara imorru Għar Lapsi. Tluq fid-8.45 am . Aktar tagħrif u biljetti mingħand il-helpers.
  7. Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Frar ser isir laqgħa soċjali bit-tombla fis-Sala parrokkjali b’risq il-festa fis-7.30 pm. Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers
  8. Nhar il-Ħadd 16 ta’ Frar fl-4.30 pm ġewwa l-Knisja Arċipretali ta’ San Bastjan Ħal Qormi, l-Azzjoni Kattolika se tkun qed tiċċelebra quddiesa ta’ radd ta’ ħajr immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi fl-okkażjoni tad-90 Anniversarju mit-twaqqif uffiċjali tal-Azzjoni Kattolika f’Malta. Kulħadd huwa mistieden li jattendi. 
  9. Nitolbu għal ruħ ta’ Ines Ciancio u  Charlie Borg  li mietu matul din  il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 2 ta’ Frar 2020 – Il-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju – Il-Kandlora – Sena A

                                       

AVVIŻI

  1. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa tas-Social Club ta’ l-anzjani. Se tkun taħdita fuq San Ġorġ Preca fid-8.45 am.
  2. Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u jkollna adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  3. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Lucia fid-8.00 p.m. Ikun hemm quddiesa u adorazzjoni.
  4. Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja  minn skejjel tal-gvern u indipendenti. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-kurja.
  5. Navżaw li mal-ħarġa tal-Flimkien ta’ Frar qed inqassmu envelop sabiex nibdew nilqgħu d-donazzjonijiet għall-Festa ta’ din is-sena; fih issibu wkoll ir-rendikont finanzjarju tal-Festa li għaddiet. Napprezzaw ħafna l-ġenerożità tagħkom.

Il-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 – Il-Magħmudija tal-Mulej Sena A

AVVIŻI

  1. Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-Irġiel, issir il-laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd minn koperatur tal-Museum.
  2. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa tas-Social Club tal-anzjani fid-8.45 am .
  3. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
  4.  Nhar il-Ħamis ser jiġi organizzat coffee morning.  Biljetti mingħand il-helpers.
  5. L-istrina tal-Parroċċa bl-envelops ammontat għal €2,740 filwaqt li l-ġabra strina tal-ewwel tas-sena fil-knisja ammontat għal €696.     Nirringrazzjaw lil kulhadd.

Il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020 – L-Epifanija tal-Mulej – Sena A

AVVIŻI

  1. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna adorazzjoni ewkaristika.
  2. Nhar is-Sibt li ġej fil-5.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, se ssir quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul is-sena li għaddiet li fiha se jkollhom l-okkażjoni jiltaqgħu ma’ Mons. Arċisqof. 
  3. Nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar se norganizzaw Coffee morning b’risq il-Parroċċa.  Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Fis-17 t’April 2020 se jibda’ l-Kors ta’ Kana. L-għarajjes jistgħu jibbukkjaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.
  5. Nitolbu għal ruħ ta’ Hilda Cutajar li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru 2019 – Il-Familja Mqaddsa Sena A

AVVIŻI

  1. Għada t-Tlieta hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena. Fil- 11.00 pm Adorazzjoni u nibdew is-sena l-ġdida bil-Barka Sagramentali f’nofs il-lejl.
  2. L-Erbgħa l-ewwel tas-Sena, hija l-Festa ta’ Marija Omm Alla u bl-obbligu tal-quddies li jkun bħal tal-Ħadd. Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa. Fl-1 tas-sena jkun ukoll it-Tnejn u Ħamsin (52) anniversarju it-twaqqif tal-Parroċċa.
  3. Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u jkollna adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Nhar is-Sibt li ġej fil-5.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Belt, il-Moviment ta’ Kana qed jistieden lil dawk l-għarajjes  li se jiżżewġu matul din is-sena  għall-Quddiesa li fiha se jkollhom l-okkażjoni jiltaqgħu mal-Arċisqof. 
  5. Infakkrukom fl-envelopes ta’ l-Istrina għal parroċċa u  nirringrazzjaw lil dawk kollha li diġa taw id-donazzjonijiet .
  6. Navżaw li wara is-17 t’April 2020 se norganizzaw il-Kors ta’ Kana. L-għarajjes jistgħu jibbukkjaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.
  7. Nitolbu għalruħ Lawrence Sultana  li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2019 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena A

Avvizi

  1. Nhar it-Tlieta lejliet il-Milied se ssir il-purċissjoni bil-bambin li tibda fis-6 pm mill-museum tas-subien,  ta’ Triq Kanonku Bonnici u tispiċċa fil-Knisja ta’ San Gejtanu.
  2. It-Tlieta filgħaxija ikollna l-quddiesa tal-Vġili tal-Milied fis-6.30 pm. Fil-10.00 pm tibda l-Velja tal-Milied li tinkludi reċta mit-tfal, kant mill-Kor Parrokkjali u l-priedka tat-tifel. Fil-11 pm niċċelebraw is-Solennita’ tat-twelid ta’ Ġesu’ permezz ta’ Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.  L-Erbgħa, Jum il-Milied, hemm l-obbligu tal-quddies li jkun bħal tal-Ħdud.
  3. Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  4. Nhar il-Ġimgħa l-Kummissjoni Djakonija se torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fil-Katekumenju wara l-knisja mhux Fra Diegu kif avżat fil-fuljett. Tibda b’quddiesa fid-9.30 a.m fejn fiha ikun hemm il-priedka tat-tifel li tkun saret fil-parroċċa fil-lejl tal-Milied. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.
  5. Infakkru il dawk li għadhom ma ġabux  l-envelopes ta’ l-Istrina għall-parroċċa sabiex iġibuhom il-knisja jew l-uffiċċju jew jimpostawhom.

Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2019, It-Tielet Ħadd tal-Avvent – Sena A

                                                     Avvizi

  1. Nhar it-Tnejn tibda  n-novena tal-Milied. Matul in-novena jkun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin u ħsieb qasir fil-bidu tal-quddiesa. Il-quddiesa ta’ filgħaxija ta’ għada se tkun fil-5.30 pm bis-sehem tat-tfal tal-Museum u l-ġenituri tagħhom. Wara  ikun hawn rużarju u kurunella tal-Bambin Ġesu.
  2.  Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar il-Ġimgħa  27 ta’ Diċembru l-Kummissjoni Djakonija se torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fil-katekumenju wara l-knisja, mhux Fra Diegu kif avżat fil-fuljett. Tibda b’quddiesa fid-9.30 a.m fejn fiha ikun hemm il-priedka tat-tifel li tkun saret fil-parroċċa fil-lejl tal-Milied. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.
  4. Armajna s-siġra tal-Milied. Din is-sena id-donazzjonijiet se  ntuhom lil Creche ta’ l-Ursolini. Mas-siġra hemm il-lista x’għandhom bżonn. Nitolbukom tkunu ġenerużi u napprezzaw jekk timxu mal-lista.
  5. Se nixtru  kwantità ta’ punzjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jagħtu donazzjoni ta’ €4 għal kull punzjetta.
  6. Nhar it-Tlieta Lejliet il-Milied il-velja din is-sena se  tibda fl-10 pm u fil-11pm il-quddiesa. Wara se jkollna buffet breakfast. Aktar tagħrif fin-notice board u biljetti mingħand il-helpers.
  7. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru u l-Ħamis 19 ta’ Diċembru, se jkollna l-Father Christmas li se jqassam ir-rigali lit-tfal tal-Parroċċa u ta’ barra l-parroċċa. Min irid iwassal ir-rigali tiegħu b’dan il-mod huwa mitlub li jġibhom fis-Sala Dun Manwel bejn l-14 u s-17 ta’ Diċembru bejn l-5.30 pm-7.00 pm u fil weekend ikunu miftuhin ukoll bejn  9 am u nofsinhar.