Il-Ħadd 6 ta’ Frar 2022 – il-Ħames Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis hija s-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Navaw li l-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fil-quddiesa tad-9.30 am ġew mistiedna membri tal-Parroċċa li jisimhom għal San Pawl.
  2. Nhar il-Ġimgħa huwa Jum il-Morda u l-Ewwel Dehra ta’ Lourdes. Għal din l-okkażjoni se niċċelebraw quddiesa għall-anzjani fid-8.15 am. Wara, l-anzjani huma mistiedna jidħlu fis-Sala Dun Manwel.
  3. Infakkru lill-ġenituri li għandhom it-tfal għall-Preċett, li se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri jirreġistraw lit-tfal fl-uffiċċju parrokkjali kemm jista’ jkun malajr.
  4. Nhar it-Tlieta 15 ta’ Frar fid-9.00 am se norganizzaw attivita’ soċjali fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mill-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali.
  5. Nitolbu għal ruħ, Francis Sciortino li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 30 ta’ Jannar 2022 – Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar l-Erbgħa niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fis-6.30 pm ikollna quddiesa biċ-ċerimonja tat-tberik tax-xemgħa.
  2. Nhar il-Ħamis fis-7.00 pm se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali fis-Sala Dun Manwel.
  3. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-7 pm jkun hawn adorazzjoni ewkaristika.
  4. Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar, ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  5. Nixtiequ ninfurmawkom li qed jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja f’Malta matul ix-xahar ta’ Frar.  Aktar informazzjoni fuq in-notice board u l-website tad-Djoċesi.
  6. Navżaw lill-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna jirreġistraw lit-tfal fl-uffiċċju parrokkjali kemm jista’ jkun malajr.
  7. Nitolbu għal ruħ Karmena Portelli u Emanuel Pace li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2022 – It-Tieni Ħadd matul is-sena Ċ

                                                                           

                                  

Avvizi

  1. Nhar il-Ħamis jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Il-Ġabra Strina li għamilna fil-quddies tal-weekend tal-Ewwel Ħadd tas-sena ammontat għal €944. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
  3. Nitolbu għal ruħ Andreana Zammit li mietet matul din il-ġimgħa. Aghtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 26 ta’ Diċembru 2021 – Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesu’, Marija u Ġużeppi – Sena Ċ

                                                                        

                                                   

Avvizi

  1. Nhar l-Erbgħa  se ssir quddiesa fid-9.00 am bil-priedka tat-tifla li saret fil-lejl tal-Milied. Mistednin speċjali l-anzjani tal-parroċċa.
  2. Nhar il-Ġimgħa  hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm niftħu l-knisja u fl-10.15 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena. Fil- 11.00 pm Adorazzjoni u nibdew is-sena l-ġdida bil-Barka Sagramentali f’nofs il-lejl.
  3. Nhar is-Sibt l-ewwel tas-Sena, hija l-Festa ta’ Marija Omm Alla. Il-quddies jkun bħal tal-Ħadd. Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa. Dakinhar ukoll huwa l-Erbgħa u Ħamsin (54) anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa.
  4. Il-Moviment ta’ Kana qed jistieden lil dawk il-koppji li żżewwġu matul din is-sena għall-quddiesa nhar is-Sibt 8 ta’ Jannar fis-5.45 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Fl-aħħar tal-quddiesa, Mons. Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji personalment u jagħtihom tifkira. Is-Sibt ta’ wara fil-15 ta’ Jannar, se ssir il-quddiesa għal dawk il-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul l-2022. Din ukoll tkun fis-5.45 p.m. fil-Konkatidral u anke hawn l-Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji u jagħtihom tifkira. Dawk il-koppji li jixtiequ jattendu għandhom jibgħatu email billi jidħlu fil-website tal-Moviment ta’ Kana.
  5. Nitolbu għal ruħ ta’ Diane Camilleri u Marianna Chircop li mietu matul din il-ġimgħa. Aghtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru 2021 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena Ċ

  

Avvizi

  1. Nhar It-Tnejn il-quddiesa se tkun bis-sehem tat-tfal u l-ġenituri. Infakkru t-tfal  biex iġibu xi ħaġa tal-Milied biex iberkuha.
  2. Nhar il-Ħamis ikollna adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar il-Ġimgħa, il-Vġili tal-Milied, filgħaxija jkollna l-quddiesa u wara jsir programm speċjali bis-sehem tat-tfal tal-museum. Fl-10.00 pm tibda il-Velja tal-Milied, kant mill-Kor u t-tfal tal-Mixja Neoketekumenali u l-priedka tat-tifla. Fil-11 pm niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu’ permezz ta’ Quddiesa Solenni konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Nhar Is-Sibt, Jum il-Milied, il-quddies jkun bħal tal-Ħdud.
  4. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.00 am bil-priedka tat-tifla li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-parroċċa. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien fis-sala parrokkjali.
  5. Matul dawn il-ġranet qed nqassmu l-envelop ta’ l-Istrina għall-parroċċa biex tgħinu kif tistgħu fl-ispejjeż tal-parroċċa. Minħabba r-ristrizzjonijiet li hawn mhux se jinġabru mill-helpers tagħna imma nitolbukom biex igġibuhom fil-knisja jew l-uffiċċju jew tibgħatuhom ma xi ħadd ta’ fiduċja. 

Il-Ħadd 12 ta’ Diċembru 2021 – It-Tielet Ħadd tal-Avvent Sena Ċ

  

  1. Nhar il-Hamis  tibda n-novena tal-Milied. Matul in-novena ikun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin u ħsieb qasir fil-bidu tal-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar il-Ħamis ikollna adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar is-Sibt fil-5.45 pm jingħad ir-rużarju, fis-6.10  pm jitkanta l-għasar tar-raba’ Ħadd ta’ l-Avvent u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Din il-gimgħa se nqassmu l-envelop tal-Istrina għall-parroċċa biex tgħinu kif tistgħu fl-ispejjeż tal-parroċċa. Minħabba r-ristrizzjonijiet li hawn mhux se jinġabru mill-helpers tagħna imma nitolbukom biex igġibuhom fil-knisja jew l-uffiċċju jew tibgħatuhom ma xi ħadd ta’ fiduċja. 
  5. Armajna s-siġra tal-Milied u taħtha qed nilqgħu donazzjonijiet ta’ ikel li se noffruhom lill-familji fil-bżonn tal-parroċċa.
  6. Se nixtru l-punzjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Qed niġbru donazzjoni ta’ €4 għal kull punzjetta.
  7. Il-Grupp Armar tal-parroċċa javża li fil-21 u 22 ta’ Diċembru l-Father Christmas se jqassam ir-rigali lit-tfal. Min irid dan is-servizz jista’ jġib ir-rigali fis-Sala Dun Manwel bejn il-5.30 u s-7.00 pm.
  8. Ninfurmawkom li d-donazzjonijiet għar-Restawr tal-faċċata tal-Knisja ammontaw għal €6,780. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
  9. Nitolbu għal ruħ Irene Bugeja li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 5 ta’ Diċembru 2021 – It-Tieni Ħadd tal-Avvent Sena Ċ

  AVVIŻI

  1. Ifakkurkom li wara l-quddiesa tas-Seibt filgħaxija ser isir kunċert mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni sabiex jitfakkar il-100 sena mid-devozjoni lejn Marija Immakulata u se jieħu sehem il-kor tal-parrocca. Kulħadd mistieden.
  2. Nhar it-Tnejn inkomplu bin-Novena u se jkun Jum Il-Familja. Fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkunu mistiedna koppji li għandhom anniversarji speċjali. Wara l-quddiesa il-koppji preżenti se jingħatalhom ċertifikat ta’ tifkira.
  3. Nhar it-Tlieta lejliet il-festa tal-Kunċizzjoni, se nitolbu għal dawk li qed irabbu l-familja waħedhom bħal romol, separati u single parents.  Fis-5.45 pm ikollna r-Rużarju, Kurunella u ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar tal-Kunċizzjoni. Fis-6.30 pm quddiesa kantata.
  4. Nhar l-Erbgħa hija  s-Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni, bħas-soltu,  il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fit-8.45 am se jsir talb ta’ sbieħ il-Jum kantat, fil-5.45 pm rużarju ,fis-6.10 pm għasar kantat u fis-6.30 pm quddiesa kantata immexxija minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.  Il-ġabra dakinhar tmur għad-dar tal-Providenza. Nhar l-Erbgħa ukoll ser issir katina tar-rużarju, u dawk li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu jħallu  isimhom u l-ħin fis-sagristija.
  5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  6. Nhar is-Sibt fil-5.45 pm jingħad ir-rużarju,fis-6.10  pm jitkanta l-għasar tat-tielet Hadd tal-avvent u fis-6.30 pm quddiesa.
  7. Se nixtru l-punsjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Qed niġbru donazzjoni ta’ €4 għal kull punsjetta.
  8. Armajna s-siġra tal-Milied bl-iskop li, apparti li nżejnu l-Knisja, inpoġġu taħtha ikel  biex intuhom lill-familji fil-bżonn . Nitolbukom tkunu ġenerużi.