Il-Ħadd 17 t’April 2022 – L-Għid il-Kbir

Avviżi

Infakkru li matul iż-żmien tal-Għid sal-Pentecoste matul il-ġimgħa, fis-6.00 pm ikollna l-Via Luċis, it-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt, filwaqt li t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa ikollna r-rużarju. Il-Ħadd fis-6.10 pm ikollna t-talba ta’ l-Għasar kantat.

Għada t-Tnejn fil-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna magħna persuni bi bżonnijiet speċjali. Wara l-quddiesa se tingħatalhom figolla kull wieħed.

Nhar it-Tnejn  ħa jkompli t-tberik tal-Familji: It-Tnejn  inbierku Pjazza Kappillan Muscat u Triq il-Fatati. Nhar It-Tlieta. nbierku l-familji fi Triq Vincenzo Bugeja. Nhar l-Erbgħa  t-tberik ikun fi Triq Wenzu Mallia u Triq Kappillan Valletta. Il-Ħamis filgħodu Triq il-Kunċizzjoni u Triq Pawlu Burlo’.  Il-Ġimgħa filgħaxija nbierku Triq Qrejten.  It-Tberik filgħodu jibda fid-9.00 am u filgħaxija  jibda fl-4.30 pm.

Nhar il-Ħamis se jkun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

Nhar il-Ħadd huwa t-Tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina.  Fil-5.30 pm tibda l-Adorazzjoni, fis-6.10 pm ikollna l-Għasar kantat u Barka Sagramentali. Wara quddiesa fis-6.30 pm.

Il-Caritas qed tiġbor għajnuna għall-Ukraina nhar is-Sibt 23 ta’ April bejn 1 pm u 7pm fil-parroċċi ta’ Pembroke – Marsaskala – Mqabba – Qawra – Naxxar . Fin-notice board hemm x’għandhom bżonn. Affarijiet mhux fil-lista ma jiġux aċċettati

Nitolbu għal ruħ Mary Camilleri li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 10 t’April 2022 – Ħadd il-Palm

Avviżi

  1. Illum, niċċelebraw Ħadd il-Palm. Fid-9.00 am niltaqgħu fil-bitħa tas-Sorijiet tal-Eġittu, fejn isir it-Tberik tal-Palm, wara Purċissjoni sal-Knisja. Fid-9.30 am jkollna l-quddiesa bħas-soltu.  Fil-5.00 pm Purċissjoni tad-Duluri li se tgħaddi minn Triq Manwel Magri, Triq Joe Sciberras, Triq Alexander, Triq Nuzzo, Triq id-Duluri u Triq Manwel Magri.  Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
  2. Nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa l-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bit-talba tal-għasar.
  3. Nhar it-Tnejn ukoll fit-7.00 pm, ssir Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Arċisqof, fil-Belt Valletta.
  4. Nhar l-Erbgħa wara l-quddiesa tas-6:30 pm talb quddiem il-Kurċifiss. Fis-7.30 pm il-GIFRA (żgħażagħ franġiskani) se jtellgħu Musical fuq il-ħajja ta’ San Franġisk fil-Knisja ta’ San Franġisk. Kulħadd hu mistieden.
  5. Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, filgħodu ma jkunx hawn quddies u kemm il-Knisja kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqin. Fis-6.30 pm nagħtu bidu għat-Tridu qaddis ta’ l-Għid fejn ikollna quddiesa Konċelebrata. Fit-8.00 pm nagħmlu flimkien il-viżti u fl-10.00 pm siegħa mqaddsa biex intemmu dan il-Jum speċjali.
  6. Infakkru li nhar il-Ġimgħa l-Kbira hemm l-obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fit-8 am ikun hawn it-talba tal-Lawdi organizzata mill-mixja Neokatekumenali. Il-knisja tiftaħ fis-2.30 pm u fit-3.00 pm tibda l-Azzjoni liturġika tal-Jum. 
  7. Nhar is-Sibt, fit-8.00 pm niċċelebraw il-Vġili tal-Għid li fiha niċċelebraw il-misteru tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.
  8.  Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-vara tad-Duluri hemm kaxxa apposta sabiex nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna  b’risq dawk li huma fil-bżonn.
  9. Nfakkrukom ukoll li qed niġbru preserves għad-Dar tal-Providenza.
  10. Nhar it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm, se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġu lil dawk li jistgħu sabiex joffru figolla li jistgħu jgħadduhielna fl-uffiċċju Parrokkjali  jew fis-sagristija.
  11. Il-ġabra li għamilna għas-Seminarju ammontat għal €678. Nirringrazzjawkom.
  12. Nitolbu għall-erwieħ  ta’ Joseph Bonnici, Maria Dolores Verzin, Theresa Spiteri u Joseph Cuschieri. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 3 t’April 2022 – Il-Ħames Ħadd tar-Randan

Avviżi

  • Nhar it-Tlieta ser ikompli  t-tberik fi Triq Oscar Zammit u nhar l-Erbgħa Triq Roger Debattista.  It-tberik jibda fl-4.30 pm.
  • Nhar il-Ħamis, lejliet il-festa tad-Duluri, ser issir Ċelebrazzjoni Penitenzjali bil-qrar. Fil-5.00 pm se jkollna ċelebrazzjoni għat-tfal. Nfakkru lit-tfal biex  iġibu l-karus ta’ l-imħabba magħhom. Fis-5.45 pm issir Ċelebrazzjoni oħra għal kulħadd.  Fis-6.30 pm ikollna l-quddiesa. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu sabiex jersqu għas-sagrament tal-qrar fejn se jkollna numru ta’ saċerdoti disponibbli.
  • Nhar il-Ġimgħa hija l-Festa għażiża tad-Duluri. Il-ħinijiet tal-quddies jkunu hekk: fis-6.00; 7.15; 8.15; u quddiesa f’nofsinhar speċjamment għall-ħaddiema. Filgħaxija jkollna quddiesa fil-6.30 p.m. u wara jsiru riflessjonijiet fuq id-Duluri. Il-Purċissjoni tad-Duluri se ssir il-Ħadd ta’ wara – 10 t’April – Ħadd il-Palm fil-5:00 pm. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq Manwel Magri,Triq Joe Sciberras, Triq Alexander, Triq Nuzzo,Triq id-Duluri u Triq Manwel Magri.  Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
  • Nhar is-Sibt, fis-6.00pm issir il-Via Sagra, u fis-6.30 pm quddiesa.
  • Nhar il-Ħadd niċċelebraw Ħadd il-Palm. Il-Funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-Żebbuġ u l-palm issir fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu, fid-9.00 am,  minn fejn tibda l-Purċissjoni għall-Knisja parrokkjali. Fid-9.30 a.m. jkollna l-quddiesa. Filgħaxija fil-5:00 pm. Purċissjoni bl-istatwa għażiża tad- Duluri. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq Manwel Magri, Triq Joe Sciberras, Triq Alexander, Triq Nuzzo, Triq id-Duluri u Triq Manwel Magri.  Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
  • Min-nhar il-Festa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn id-Duluri  hemm kaxxa apposta u nħeġġukom biex tkunu ġeneruzi u tagħtu l-kontribuzzjoni tagħkom b’risq dawk li huma fil-bżonn.
  • Għal matul ir-randan, qegħdin niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Bħal kull sena, it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull persuna. Inħeġġukom ukoll sabiex toffru figolla għal dawn ħutna.
  • Il-Weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  • Nitolbu għal ruħ Sammy Cauchi li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 27 ta’ Marzu 2022 – Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan

AVVIŻI    

    

  1. Nhar it-Tlieta ser ikompli  t-tberik fi Triq Misraħ-il Barrieri  minn Triq Lord Byron sal-pjazza u nhar l-Erbgħa Triq Misraħ-il Barrieri mill-pjazza  l-isfel.  It-tberik jibda fl-4.30 pm.
  2. L-Arċisqof iħeġġeġ lill-insara kollha sabiex nhar il-Ġimgħa noffru ġurnata sawm u talb sabiex iż-żjara tal-Papa tħalli frott fil-Knisja Maltija. Nhar il-Ġimgħa, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser  ikun hawn l-aħħar laqgħa ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għall-Ħdud tar-Randan. Dak inhar mhux se jkun hawn adorazzjoni.
  3. Nhar is-Sibt, fis-5.45 pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lGħasar u fis-6.30pm quddiesa.
  4. Nixtiequ ninfurmawkom li nhar il-Ħadd li ġej, Papa Franġisku se jmexxi quddiesa solenni fuq il-Fosos, il-Furjana fl-10.15 am li tiġi trasmessa fuq il-mezzi tax-xandir. Navżaw li dakinhar il-quddies filgħodu se jkun BISS fis-6.30 am u fit-8.00 am. Filgħaxija jkollna l-aħħar quddiesa fis-6.30 pm.
  5. Nhar is-Sibt il-Papa wara li jasal fl-ajruport fl-10.00 am jitlaq lejn il-Belt u se jgħaddi mill-Blata-l Bajda. Il-Ħadd il-Papa jitlaq mir-Rabat fid-9.10 am lejn il-fosos tal-Furjana u se jgħaddi minn Strada Rjali l-Ħamrun. Ħdejn il-Kappella tal-Blata l-Bajda se jibdel il-karozza għal Pope Mobile.  Inħeġġu lil kulħadd biex jagħtih merbħa kif jixraq.
  6. Għal matul ir-randan, minn din il-ġimgħa se nibdew niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Bħal kull sena se niġbru ukoll il-figolli. Dawn se jingħataw  lill-persuni b’diżabilita’ tal-parroċċa u lil familjari li jieħdu ħsiebhom.
  7. Nixtiequ navżawkom li l-purċissjoni tad-Duluri se ssir il-Ħadd 10 ta’ April fil-5 pm . Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
  8. Navżaw li mill-ġimgħa 8 ta’ April sal-Ġimgħa l-Kbira se ssir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju u jinġabru għotjiet f’kaxex apposta ħdejn il-biebien tal-Knisja. Dawn il-flus jingħataw lill-fond tal-Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika sabiex jiġu mgħejuna familji fil-bżonn.
  9. Nitolbu għal ruħ Joseph Cutajar  li miet matul dawn il-ġranet. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 20 ta’ Marzu 2022 – It-Tielet Ħadd tar-Randan Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar it-Tlieta se jkompli  t-tberik fi Triq il-Franġiskani mill-ħajt tas-Sorijiet tal-Eġittu l-isfel u nhar l-Erbgħa fi Triq il-Frangiskani in-naħa tal-flats l-isfel . It-tberik jibda fl-4.30 pm. Matul il-ġranet li ġejjin se nkomplu nqassmu l-programm tat-tberik fit-toroq l-oħra.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  3. Nhar il-Ġimgħa, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser  ikun hawn it-tieni  laqgħa minn 3  ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għall-Ħdud tar-Randan.
  4. Nhar is-Sibt, fis-5.45 pm issir il-Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lGħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  5. Għal matul ir-randan, minn din il-ġimgħa se nibdew niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza.
  6. Navżaw li l-parroċċa s’issa għaddiet is-somma ta’ €2,547 lil Caritas ghall-fond ta’ l-Ukraina. Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jagħmlu dan sat-30 ta’ dan ix-xahar.
  7. Il-gabra bl-envelopes għall-ewwel ġabra għall-Festa Parrokkjali laħqet is-somma ta’ €1,670. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
  8. Nhar is-Sibt u l-Hadd li ġej se nagħmlu ġabra speċjali għas-Seminarju.
  9. Nixtiequ ninfurmawkom li nhar il-Ħadd 3 t’April, minħabba l-quddiesa tal-Papa Franġisku fuq il-Fosos, il-quddies filghodu se jkun fis-6.30 am u fit-8.00 am. Filgħaxija jkollna quddiesa fis-6.3pm.

Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2022 – It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena Ċ

 

   

              Avviżi

  1. Minn nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa se jibda kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd filgħodu wara l-quddiesa tat-8.15 am. Il-Kelliem se jkun is-Superjur Joe Fenech.
  2. Minn din il-ġimgħa se nagħtu bidu għat-tberik tal-familji. Għalhekk nhar it-Tlieta li ġej ser jsir it-tberik fi Triq Sta. Venera u fi Triq il-Kunzar u nhar l-Erbgħa fi Triq is-Snajja u Triq Ġwann Mamo. It-tberik jibda fl-4.30 pm. Matul il-ġranet li ġejjin se jitqassam programm tat-tberik f’kull dar tal-parroċċa. Lista sħiħa tal-programm tat-tberik tidher f’din il-website taħt avvenimenti fil-qrib.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Nhar il-Ġimgħa, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser nagħtu bidu għal 3 laqgħat ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għall-Ħdud tar-Randan. Iż-żewġ laqgħat l-oħra se jsiru l-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu u l-Ġimgħa, 1 ta’ April.
  5. Nhar is-Sibt, fis-5.45 pm issir il-Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lGħasar u fis-6.30 pm quddiesa. Dakinhar taħbat ukoll il-festa ta’ San Ġużepp u għalhekk fil-quddiesa tas-6.30 pm ikunu mistiedna b’mod speċjali dawk li jisimhom għal dan il-qaddis.
  6. Nhar il-Ġimgħa ser issir laqgħa soċjali fis-sala parrokkjali fis-7 pm. Biljetti mingħand il-helpers.
  7. Nitolbu għar-ruħ ta’ Patri Ġwann Micallef u Tessie Micallef  li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 6 ta’ Marzu 2022 – L-Ewwel Ħadd tar-Randan Sena Ċ

  1. Nixtiequ navżaw li minn nhar it-Tnejn, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fi żmien ir-Randan kollu,  il-quddiesa tas-6.15 am se tibda tkun fis-6.00 am.  Wara l-quddiesa, fis-6.25 am, se jibda’ jkun hawn talb tal-Lawdi mill-membri tal-Mixja Neokatekumenali li għalih kulħadd ikun mistieden.
  2. Nhar it-Tnejn fis-6.00 pm(flok fis-6.30 pm) se jkun hawn Quddiesa għat-Tfal kollha. Se nqassmu l-Karus ta’ Mħabba u Kalendarju tat-Tfal għal matul ir-Randan. Wara fis-7.00 pm jibda’ l-kors ta’ eżerċizzi tar-Randan b’enfażi fuq il-familja. Il-Predikatur se jkun Fr Noel Vassallo
  3. Nhar is-Sibt, fis-5.45 pm ikun hawn Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Il-Caritas qed tiġbor fondi għall Ukrajna. Min jixtieq jagħmel donazzjoni jista’ jgħaddiha lil Caritas jew lil parroċċa.
  5. Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu ser issir laqgħa soċjali fis-sala parrokkjali fis-7 pm. Biljetti mingħand il-helpers
  6. Nitolbu għal ruħ Anna Laus u Elsie Casapinta li mietu matul din il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd, 27 ta’ Frar 2022 – It-Tmien Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar l-Erbgħa jibda r-Randan Mqaddes. Huwa Jum ta’ Sawm u Astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. Il-Papa Franġisku qed jitlobna biex dakinhar insumu u nitolbu għall-paċi fid-dinja. Fil-quddies kollu jkollna ċ-ċerimonja tat-tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30pm quddiesa kantata.
  2. Il-Ħamis fis-7.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ġimgħa minħabba li ma nistgħux nagħmlu l-pellegrinaġġ bis-Salib, li kien isir kull sena, fis-6 pm Via Sagra, quddiesa fis-6.30 pm u wara riflessjonijiet fuq is-Salib quddiem il-Kurċifiss fil-knisja.
  4. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  5. Nixtiequ navċaw li mit-Tnejn 7 ta’ Marzu, mit-tnejn sal-ġimgha fi żmien ir-Randan,  il-quddiesa tas-6.15 am se tibda tkun fis-6.00 am.  Wara l-quddiesa, fis-6.25 am, se jibda’ jkun hawn talb tal-Lawdi mill-membri tal-Mixja Neokatekumenali li ghalih kulħadd ikun mistieden.
  6. Matul din il-ġimgħa qassamna l-envelopes għall-ewwel ġabra tal-festa. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali.
  7. Qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.
  8. Nhar Il-Ħadd li ġej ikun l-Ewwel Ħadd tax-xahar u nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa.
  9. Nitolbu għal ruħ Josephine Grima li mietet matul din il-ġimgħa.  Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 20 ta’ Frar 2022 – Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena Ċ

                

Avviżi

  1. Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Nhar it-Tlieta 1 ta’ Marzu ser issir ħarġa bil-quddiesa għall-knisja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq fejn se jkun hemm ir-relikwa tal-Beatu Carlo Acutis. Wara jkun hemm attivita’ soċjali . Tluq fid-9 am minn fejn il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers jew mill-uffiċċju parrokkjali .
  3. Matul din il-ġimgħa qeghdin  inqassmu l-envelopes għall-ewwel ġabra tal-festa, għalkemm għadna ma nafux eżatt kif se tiġi organizzata l-festa esterna;  napprezzaw ħafna l-ġenerożità tagħkom. Nitolbu lid-distributturi tal-fuljett biex jiġbru l-envelopes tat-triq tagħhom mis-sagristija. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali.
  4. Nitolbu għal ruħ ta’ Doris Pisani li mietet matul din il-ġimgħa.  Agħtiha  O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.