Il-Ħadd 20 ta’ Marzu 2022 – It-Tielet Ħadd tar-Randan Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar it-Tlieta se jkompli  t-tberik fi Triq il-Franġiskani mill-ħajt tas-Sorijiet tal-Eġittu l-isfel u nhar l-Erbgħa fi Triq il-Frangiskani in-naħa tal-flats l-isfel . It-tberik jibda fl-4.30 pm. Matul il-ġranet li ġejjin se nkomplu nqassmu l-programm tat-tberik fit-toroq l-oħra.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  3. Nhar il-Ġimgħa, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser  ikun hawn it-tieni  laqgħa minn 3  ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għall-Ħdud tar-Randan.
  4. Nhar is-Sibt, fis-5.45 pm issir il-Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lGħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  5. Għal matul ir-randan, minn din il-ġimgħa se nibdew niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza.
  6. Navżaw li l-parroċċa s’issa għaddiet is-somma ta’ €2,547 lil Caritas ghall-fond ta’ l-Ukraina. Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jagħmlu dan sat-30 ta’ dan ix-xahar.
  7. Il-gabra bl-envelopes għall-ewwel ġabra għall-Festa Parrokkjali laħqet is-somma ta’ €1,670. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
  8. Nhar is-Sibt u l-Hadd li ġej se nagħmlu ġabra speċjali għas-Seminarju.
  9. Nixtiequ ninfurmawkom li nhar il-Ħadd 3 t’April, minħabba l-quddiesa tal-Papa Franġisku fuq il-Fosos, il-quddies filghodu se jkun fis-6.30 am u fit-8.00 am. Filgħaxija jkollna quddiesa fis-6.3pm.

Tags: No tags

Comments are closed.