Avviżi – Il-Ħadd 30 ta’ Marzu 2025

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta, se jsir it-Tberik fi Triq Vincenzo Bugeja kollha. Fis-6.30 pm imbagħad issir quddiesa għal kulħadd fi Pjazza Kappillan Muscat. It-tberik isir mill-4.00 pm ‘il quddiem. Infakkrukom biex iddendlu l-kartuna li irċevejtu mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’apartamenti idendlu il-kartuna mall-bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat. Għalhekk it-Tlieta ma ssirx il-quddiesa fil-Knisja imma ssir biss dik tal-Pjazza. Wara l-quddiesa se jkun hemm ukoll taħdita u mument ta’ talb mis-Sur Edward Spiteri.

  2. Nhar il-Ħamis li ġej, se jsir il-ftuħ uffiċjali taċ-Ċentru taż-żgħażagħ. Jiena, flimkien ma sħabi s-saċerdoti, iddeċidejna li noffru dan il-lokal li qabel kien iservi bħala Ċentru lill-Ħamrun Amateurs għax nemmnu li dan hu proġett li se jagħmel il-ġid. Huwa proġett innovattiv ħafna li se jagħti opportunita’ liż-żgħażagħ biex jikbru u jiżviluppaw talenti sbieħ u ġodda permezz tal-isports u mezzi moderni ta’ apparat elettroniku. Min jixtieq li jingħaqad maċ-ċentru, jista’ jidħol fil-fb tal-Parroċċa (IMMAKULATA KUNĊIZZJONI), tkellmu lili jew iċċempel lis-Sur Jurgen Buhagiar fuq 79222253. Nitolbu li jsir il-ġid ma’ ħafna żgħażagħ.

  3. Nhar il-Ġimgħa nkomplu ir-raba’ u l-aħħar taħdita ta’ Eżerċizzi. Il-predikatur se jkun Mons. Hector Scerri. Fil-5.30 pm Nitolbu l-Via Sagra, Fis-6.00 pm (mhux fis-6.30 pm) il-Quddiesa, wara jsir il-ħsieb, u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Biex nagħtu possibilita’ anki lill-ġenituri biex jattendu għall-eżerċizzi, fl-istess ħin iġifieri fis-6pm minflok il-Museum, it-tfal se jiġu għall-quddiesa, imbagħad jinġabru fis-sala Dun Manwel għal-laqgħat apposta għalihom. Wara, jingħaqdu magħna għall-Barka Sagramentali.

  4. Nhar il-Ħadd 6 ta’ April se jkollna pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ u devot li għandna fil-Parroċċa tagħna. Fil-4.45 pm tibda parata tas-suldati rumani mill-quarters tal-Iscouts lejn il-Knisja. Fil-5.00 pm tibda’ ħierġa l-purċissjoni mill-Knisja. Il-Purċissjoni se tkun akkumpanjata mit-talb u waqtiet ta’ daqq mill-Banda Immakulata Kuċizzjoni u mill-Iscouts. Għalhekk nistedinnkom biex timxu magħna tul it-triq u nitolbu flimkien. Se ngħaddu minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Mimosa, Danny Cremona l-biċċa ta’ fuq, Ursolini, Sptar, Qrejten, Wenzu Mallia, Monsinjur De Piro, Kappillan Mifsud. L-aħħar waqfa se tkun fi Pjazza Kappillan Muscat fejn se jkun hemm is-siġġijiet u nagħlqu b’mument qasir ta’ talb mill-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali. Inħeġġeġ biex speċjalment minn fejn se jgħaddi l-Kurċifiss nixegħlu u nżejnu twieqi u gallariji. MA JKUNX HEMM QUDDIESA TAS-6.30 pm. Biex niffaċilitaw il-parkeġġ, is-surmast tal-Liceo offra li jħalli l-parking miftuħ għal kulhadd. Nirringrazzjawh.

  5. Matul il-ġranet tar-Randan poġġejna qfief apposta ħdejn l-artal biex niġbru preserve u affarijiet oħra biex intuhom lill-familji fil-bżonn.

  6. Bħal kull sena, se niġbru l-figolli biex jingħataw lill-persuni bi bżonnijiet speċjali f’quddiesa li ssir l-għada ta’ l-Għid filgħaxija. Ejjew inferrħu lil dawn ħutna f’dan iż-żmien hekk sabiħ u ngħinuhom iħossuhom maħbubin. Għal dan il-għan ukoll nhar l-Erbgħa 16 t’April mill-10.00 am sal-12.00 pm (hija l-ewwel gurnata tal-vaganzi tal-iskola) se jsir Easter Figolla Party fis-Sala Parrokkjali. It-tfal se jaħdmu l-figolli biex inkunu nistgħu nagħtuhom lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Min jixtieq li tfal tiegħu jieħdu sehem jista’ jibgħat SMS jew WHATSUP fuq in-numru 79000490.

  7. Il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk issir il-ġabra għall-bżonnijiet tal-Knisja.

  8. Nitolbu għal ruħ Vincenza Parnis u Doris Buttigieg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 23 ta’ Marzu 2025

It-Tielet Ħadd tar-Randan

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta se jsir it-Tberik fi Triq Pawlu Burlo’, Vitale, Dun Edgar Vella u parti minn triq id-Duluri (naħa t’isfel). Dawk li joqogħdu f’dawn  it-toroq se jirċievu nota d-dar.  Fis-6.30 pm imbagħad issir quddiesa għan-nies tal-inħawi fis-Sqaq No 1 fi Triq id-Duluri.  It-tberik isir mill-4.00 pm ‘il quddiem. Infakkrukom biex iddendlu il-kartuna li irċivejtu ma l-avviż mal- bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’apartamenti idendlu il-kartuna mal-bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat.

  2. Nhar l-Erbgħa li ġej se jkun hemm il-laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel fid-8.45 am.

  3. Nhar il-Ġimgħa nkomplu it-tielet taħdita ta’ Eżerċizzi. Il-predikatur se jkun Mons. Joe Bajada .  Fil-5.30 pm Nitolbu l-Via Sagra, Fis-6.00 pm (mhux fis-6.30pm) il-Quddiesa, wara jsir il-ħsieb u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Biex nagħtu possibilita’ anki lill-ġenituri biex jattendu għall-eżerċizzi, fl-istess ħin jiġifieri fis-6 pm  minflok il-Museum,  it-tfal se jiġu għall-quddiesa, imbagħad jinġabru fis-sala Dun Manwel għal-laqgħat apposta għalihom.  Wara, jingħaqdu magħna għall-Barka Sagramentali.

  4. Matul il-ġranet tar-Randan se jkun hemm qfief apposta biex niġbru  preserve  u affarijiet oħra ta’ tindif  biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  

  5. Ser isir Ftira Night il-Ħamis 27 ta’ Marzu fis-7pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers .

  6. Nitolbu għal ruħ Victor Spiteri Sacco, Mary Calleja u Jesmond Gatt. Agħtihom O Mulej il mistireħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 16 ta’ Marzu 2025

It-Tieni Ħadd tar-Randan

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta se jsir it-Tberik fi TRIQ JOE SCIBERRAS. Fis-6.30pm imbagħad issir quddiesa għan-nies tal-inhawi fil-Gnien Oreste Chircop . It-tberik isir mill-4.00pm ‘il quddiem. Infakkrukom biex iddendlu il-kartuna li irċivejtu ma l-avviz mal- bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’apartamenti idendlu il-kartuna mal-bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat.

  2. Nhar l-Erbgħa, festa pubblika ta’ San Ġużepp, il-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa. Fis-6.30 pm quddiesa li għaliha mistiedna dawk li jisimhom għal San Ġużepp.

  3. Dawk li ibbukkjaw biex jiġu magħna nhar il-Erbgħa Għawdex, ikunu hawn fis-7.10 am biex nitilqu fis-7.30 am. infakkar lil dawk li beħsiebhom jitilgħu magħna l-għolja tal-Għammar biex nitolbu l-Via Sagra, biex ma jiġux bi żraben imma b’xi sports shoes.

  4. Nhar il-Ġimgħa nkomplu it-tieni taħdita ta’ Ezerċizzi. Il-predikatur se jkun Patri Pawl Galea.    Fil-5.30 pm Nitolbu l-Via Sagra, Fis-6.00 pm (mhux fis-6.30 pm) il-Quddiesa, wara jsir il-ħsieb  u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Biex nagħtu possibilita’ anki lill-ġenituri biex jattendu għall-eżerċizzi, fl-istess ħinj iġifieri fis-6pm  minflok il-Museum,  it-tfal se jiġu għall-quddiesa, imbagħad jinġabru fis-sala Dun Manwel għal-laqgħat apposta għalihom.  Wara, jingħaqdu magħna għall-Barka Sagramentali.

  5. Matul il-ġranet tar-Randan se jkun hemm qfief apposta biex niġbru  preserve  u affarijiet oħra ta’ tindif  biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  

  6. Ser isir Ftira Night il-Ħamis 27 ta’ Marzu fis-7pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

Avviżi – Il-Ħadd 9 ta’ Marzu 2025

L-Ewwel Ħadd tar-Randan

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Infakkrukom li matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd nitolbu l-Via Crucis fis-6.00 pm.  Fil-ġranet l-oħra jingħad ir-rużarju.

  2. Nhar it- Tlieta se jsir it-Tberik fi TRIQ VILLAMBROSA U TRIQ IL-FRANĠISKANI. Fis-6.30 pm imbagħad issir quddiesa għan-nies tal-inħawi fil-bitħa tal-iskola LICEO.  It-tberik isir mill-4.00 pm il-quddiem. Infakkrukom biex idendlu il-kartuna li rċivejtu ma l-avviż , mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’appartamenti idendlu il-kartuna mal -bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat.

  3. Nhar l -Erbgħa fid-9.00 am se jkun hawn coffee morning fis-sala.

  4. Nhar l -Erbgħa ukoll, fis-7.00 pm adorazzjoni mmexxija mill-kappillan u s-Sur Edward Spiteri.

  5. Nhar il-Ġimgħa nagħtu bidu għall-Ewwel taħdita ta’ Eżerċizzi. Il-predikatur se jkun il-kappillan Fr Franco.   Fil-5.30 pm Nitolbu l-Via Sagra, Fis-6.00 pm (mhux fis-6.30pm) il-Quddiesa, wara jsir il-ħsieb mis-saċerdoti u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Biex nagħtu possibilita’ anki lill-ġenituri biex jattendu għall-eżerċizzi, fl-istess ħin jiġifieri fis-6 pm  minflok il-Museum,  it-tfal se jiġu għall-quddiesa, imbagħad jinġabru fis-sala Dun Manwel għal-laqgħat apposta għalihom.  Wara, jingħaqdu magħna għall-Barka Sagramentali.

  6. Kull nhar ta’ Sibt, nistedinkom biex tiġu ftit qabel il-ħin. Fis-6.00 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.

  7. Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Nistedinnkom biex tħarsu lejh u taraw dak kollu li jkun qed isir. Qed jitqassam ukoll l-Envelope għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerożita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata.

  8. Nitolbu għal ruħ Victoria Camilleri, Esther Vella u Manuel Zahra li mietu matul din il-ġimgħa.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 2 ta’ Marzu 2025

It-Tmien Ħadd matul is-Sena 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Mqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. F’kull quddiesa ssir ċ-ċerimonja tat-tberik u tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, nitolbu l-Via Sagra u fis-6.30 pm niċċelebraw quddiesa bis-sehem tal-kor. Wara ser isir talb quddiem ix-xbieha tal-Ecce Homo fi Pjazza Kappillan Muscat.

  2. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd nitolbu l-Via Sagra fis-6.00 pm. qabel il-quddiesa.

  3. Dawk li huma miktubin biex jiġu r-Redentur nhar il Ħamis ikunu fejn il-Knisja fit-8.45 am biex nitilqu fid-9 am.  Navżaw ukoll li ser isir pellegrinaġġ ieħor għar-Redentur it-Tlieta 8 ta’ April. Għad hemm xi postijiet, għalhekk min jixtieq jiġi, jista jagħtina ismu fis-sagristija jew fl-uffiċċju Parrokkjali.

  4. Nhar il-Ġimgħa il-quddiesa se tkun fis-6.00 pm u tkun bis-sehem tat-tfal. Fiha jitqassam il-karus ta’ Mħabba. Dak inhar  hija ukoll l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa . Għalhekk il-Via Sagra tkun fil-5.30 pm.

  5. Kull nhar ta’ Sibt, matul ir-Randan, fis-6.00 pm, qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija nitolbu bis-Salmi.

  6. Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jsiru bħas-sena l-oħra , KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA  matul ir-Randan,  fis-5.30 pm Nitolbu l-Via Sagra, Fis-6.00pm (mhux fis-6.30 pm) il-Quddiesa, wara jsir il-ħsieb minn saċerdoti differenti  u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Se nibdew mill-Ġimgħa 14 ta’ Marzu. Biex nagħtu possibilita’ anki lill-ġenituri biex jattendu għall-eżerċizzi, fl-istess ħin jiġifieri fis-6 pm  minflok il-Museum,  it-tfal se jiġu għall-quddiesa, imbagħad jinġabru fis-sala Dun Manwel għal-laqgħat apposta għalihom.  Wara, jingħaqdu magħna għall-Barka Sagramentali.

  7. Kull nhar ta’ Tlieta matul ir-Randan, se nibda’ nagħmel it-tberik tad-djar. L-ewwel darba se tkun it-Tlieta 11 ta’ Marzu.  It-toroq se jkunu: TRIQ VILLAMBROSA U TRIQ IL-FRANĠISKANI.  Fis-6.30 pm imbagħad issir quddiesa għan-nies tal-inħawi fil-bitħa tal-iskola LICEO.

  8. Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Kif ukoll qed jitqassam  l-envelop għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerozita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata. Nitolbu lil dawk li soltu jqassmu fit-toroq tagħhom biex jiġu jiġbruhom matul din il-ġimgħa.

  9. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Marzu se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  10. Fid-19 ta’ Marzu, jum San Ġużepp u festa pubblika, se nagħmlu pellegrinaġġ għall-Għawdex. Hemmhekk se nitilgħu l-għolja tal-Għammar biex nitolbu flimkien il-Via Sagra u jekk ikun temp tajjeb, ssir il-quddiesa fuq l-għolja. Min ma jiflaħx jitla fuq l-għolja, jista’ jisma’ quddiesa ġewwa s-Santwarju ta’ Pinu.  Hekk nippreparaw ruħna għal festi tal-ġimgħa mqaddsa.  Min jixtieq jista jagħtina ismu fis-sagristija jew fl-ufficcju Parrokkjali.

  11. Bejn l-10 u l-15 ta’ Lulju se jsir pellegrinaġġ għall-Lourdes fi Franza. Għal min jixtieq, għandi l-programm bid-dettalji kollha fis-sagristija.

  12. Nitolbu għal ruħ Dolores Armeni, Alfred Pace, Maria Stella Balzan, Manuel Vella u Carmena Grech . Aħhtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 23 ta’ Frar 2025

Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar it-Tnejn 24 ta’ Frar se jibda’ il-kors tal-melħ fis-sala Parrokkjali. Dawk li kienu bbukkjaw huma mitluba jkunu fis-sala, fil-5.00 pm sas-6.00 pm.  Il-kors se jsir minn Bro. Charles Azzopardi Kapuċċin.

  2. Nhar l- Erbgħa ser isir il-laqgħa ta’ l-anzjani fid-8.45 am fis-sala Dun Manwel.

  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

  4. Il-Ġimgħa ssir ir-raba’ u l-aħħar laqgħa għall-animaturi u letturi fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani fis-6.30 pm. Importanti li nkomplu nitgħallmu biex jingħata servizz mill-aħjar fil-Liturġija.

  5. Nhar il-Ġimgħa se tiġi organizzata ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  6. Is-Superjur Ġenerali tal-Museum javża l-laqgħa li jmiss tal-Grupp San Ġorġ Preca għal koppji u adulti, se ssir il-Ġimgħa 28 ta’ Frar fis-6.00 pm. fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża Blata l-Bajda.

  7. Fid-19 ta’ Marzu, jum San Ġużepp u festa pubblika, se nagħmlu pellegrinaġġ għall-Għawdex. Hemmhekk se nitilgħu l-għolja tal-Għammar biex nitolbu flimkien il-Via Sagra u jekk ikun temp tajjeb, ssir il-quddiesa fuq l-għolja.  Min ma jiflaħx jitla fuq l-għolja, jista’ jisma’ quddiesa ġewwa s-Santwarju ta’ Pinu.  Hekk nippreparaw ruħna għal festi tal-ġimgħa mqaddsa.  Min jixtieq jista jagħtina ismu fis-sagristija jew fl-ufficcju Parrokkjali.

  8. Bejn l-10 u l-15 ta’ Lulju se jsir pellegrinaġġ għall-Lourdes fi Franza. Fil-ġranet li ġejjin se jkolli l-programm bid-dettalji kollha għal kull min hu interessat li jingħaqad magħna.

  9. Il-weekend li ġej ħuwa l-ewwel weekend tax-xahar, għalhekk issir il-ġabra specjali għal bżonnijiet tal-Knisja. Fil-jiem li ġejjin se nibdew nibdlu l-AC li marru.  Dan wara li ħadna ħafna pariri u wissewna biex ma ninvestux fihom.  Grazzi tal-għajnuna li dejjem tajtuna,

Avviżi – Il-Ħadd 16 ta’ Frar 2025

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

  2. Il-Ġimgħa ssir it-tielet laqgħa għall-animaturi u letturi fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani fis-6.30 pm. Importanti li nkomplu nitgħallmu biex jingħata servizz mill-aħjar fil-Liturġija.

  3. Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Frar se tiġi organizzata ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  4. Iċ-Ċentru ta’ l-anzjani javża li dawk li ġejjin magħna il-ħarġa nhar l-Erbgħa 19 ta’ Frar nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Importanti nkunu fil-ħin.

Avviżi – Il-Ħadd 9 ta’ Frar 2025

Il-Ħames Ħadd matul is-Sena 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Għada t-Tnejn hija s-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Hemm l-obbligu tal-quddies. Navżaw li l-quddies ikun bħal tal-Ħadd. 

  2. Nhar it-Tlieta, se niftħu is-sena tal-Ġublew fil-Parroċċa. Għalhekk fis-5.45 pm nitolbu r-rużarju, fis-6.10 pm Nitolbu bis-salmi u wara ssir il-quddiesa minn Mons.Hector Scerri bi ħsieb fuq il-Ġublew.  Wara l-quddiesa, peres li dak in-nhar huwa jum il-morda u l-ewwel dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes, se jkollna ħin ta’ talb mill-Kappillan u s-Sur Edward Spiteri quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Kulhadd huwa mistieden għal din iċ-ċelebrazzjoni, speċjalment il-membri tal-għaqdiet tal-Parroċċa.

  3. Nhar l-Erbgħa se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

  5. Il-Ġimgħa ssir it-tieni laqgħa għal-letturi u animaturi fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani fis-6.30 pm. Il-kelliem ikun Fr. Anton Farrugia OFM.

  6. Is-Superjur tal-Museum tas-subien javża li nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Frar se ssir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof din is-sena kemm fil-Parroċċa tagħna u kemm fil-Parroċċa ta’ San Gejtanu. Din se ssir fil-Museum tas-subien ġewwa Barth str, fis-6.30 pm.

Avviżi – Il-Ħadd 2 ta’ Frar 2025

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Matul din il-ġimgħa, l-Uffiċċju se jiftaħ biss it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa mid-9 ta’ filgħodu ‘l quddiem, minħabba li l-Kappillan mhux se jkun fil-Parroċċa.

  2. Nhar it-Tlieta 11 ta’ Frar, se niftħu s-sena tal-Ġublew fil-Parroċċa. Għalhekk fis-5.45 pm nitolbu r-rużarju, fis-6.10 pm Nitolbu bis-salmi u wara ssir il-quddiesa minn Mons. Hector Scerri bi ħsieb fuq il-Ġublew.  Wara l-quddiesa, peress li dak in-nhar huwa jum il-morda u l-ewwel dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes, se jkollna ħin ta’ talb mis-Sur Edward Spiteri.

  3. Infakkar lil kulħadd li minn nhar il-ġimgħa 7 ta’ Frar se ssir l-ewwel laqgħa minn sensiela ta’ 4 laqgħat għal-letturi u animaturi.  Dawn se jsiru  kull nhar ta’ Ġimgħa tul ix-xahar ta’ Frar għand il-Franġiskani Villambrosa. Il-laqgħat jibdew fis-6.30 pm. Inħeġġeġ biex tattendu għalihom biex jitjieb is-servizz li tagħtu waqt iċ-ċelebrazzjonijiet fil-Knisja.

  4. Nitolbu għal ruħ Rita Genovese, Giorgia Willie, Jessie Agius u Leonardo Axiaq li mietu matul dawn il-ġranet . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 26 ta’ Jannar 2025

It-Tielet Ħadd matul is-Sena 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel fid-8.45 am

  2. Nhar il-Ħamis jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika  wara il-quddiesa tas-6.30 filgħaxija.

  3. Se jsir kors għal kulħadd, imma l-aktar għal dawk li jagħtu servizz bħala animaturi u letturi waqt il-quddiesa u okkażjonijiet oħra. Dan se jsir b’kollaborazzjoni mal-Patrijiet Franġiskani.  Se jibda jkun kull nħar ta’ Ġimgħa fi Frar (7, 14, 21, 28).  Ħin fis-6.30 pm fil-knisja ta’ San Franġisk.  Il-kors se jsir minn Fr. Anton Farrugia OFM.

  4. Bħas-sena l-oħra, se jerġa’ jsir kors fil-pittura bil-melħ. Ix-xogħlijiet imbagħad se jiġu esebiti fil-ġimgħa mqaddsa fis-sala Dun Manwel. Dawk li huma nteressati, jistgħu jiġbru formola mis-sagristija biex japplikaw.  Dawk li għamlu l-kors is-sena l-oħra kienu sodisfatti ħafna bix-xogħol u l-esibizzjoni li saret.  Il-kors se jingħata minn Bro.Charles Azzopardi Kapuċċin li għandu esperjenza kbira f’dan il-qasam. Il-kors se jibda’ fl-24 ta’ Frar mill-5.00pm sas-6.00pm.

  5. Fis-6 ta’ April se jsir ukoll il-pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ li għandna fil-Knisja tagħna. Dawk kollha li jixtiequ jieħdu seħem fil-pellegrinaġġ, jistgħu ukoll jieħdu formola mis-sagristija. Inħeġġiġkom biex din l-okkażjoni nagħmluha esperjenza sabiħa għalina lkoll billi, mhux biss napprezzaw imma wkoll nieħdu sehem fil-pellegrinaġġ.

  6. Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena, fil-15 ta’ Ġunju , kif ukoll lill-ġenituri taż-żgħażagħ li se jagħmlu l-Griżma din is-sena fil-Parroċċa tagħna fid-9 ta’ Novembru li ġej, li  għandhom jiġu jirreġistrawhom fil-ġranet tal-Ufficcju, jiġifieri it-Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Għandhom jiġu kemm l-Omm u kemm il-Missier.  Magħkom tridu ġġibu iċ-ċertifikat il-kbir tat-twelid, u jekk ma jkunux joqogħdu fil-Parroċċa tagħna, iridu wkoll ċertifikat tal-magħmudija u permess mill-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom biex jirċievu s-sagrament. Fil-kas tal-Grizma iridu ukoll il-permess tal-Parrini mingħand il-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom.

  7. Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar se ssir il-laqgha li jmiss tal-Grupp San Ġorġ Preca għall-koppji u adulti oħra li jinteressaw ruħhom fit-tagħlim u l-ispiritwalita’ ta’ San Ġorġ Preca.  Il-laqgha ssir fl-awditorju il-Blata l-Bajda.  Fis-6.00 pm tigi ccelebrata l-quddiesa u fis-6.30 pm issir il-laqgha.