Nhar it-Tlieta se jsir it-Tberik fi Triq Pawlu Burlo’, Vitale, Dun Edgar Vella u parti minn triq id-Duluri (naħa t’isfel). Dawk li joqogħdu f’dawn it-toroq se jirċievu nota d-dar. Fis-6.30 pm imbagħad issir quddiesa għan-nies tal-inħawi fis-Sqaq No 1 fi Triq id-Duluri. It-tberik isir mill-4.00 pm ‘il quddiem. Infakkrukom biex iddendlu il-kartuna li irċivejtu ma l-avviż mal- bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’apartamenti idendlu il-kartuna mal-bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat.
Nhar l-Erbgħa li ġej se jkun hemm il-laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel fid-8.45 am.
Nhar il-Ġimgħa nkomplu it-tielet taħdita ta’ Eżerċizzi. Il-predikatur se jkun Mons. Joe Bajada . Fil-5.30 pm Nitolbu l-Via Sagra, Fis-6.00 pm (mhux fis-6.30pm) il-Quddiesa, wara jsir il-ħsieb u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Biex nagħtu possibilita’ anki lill-ġenituri biex jattendu għall-eżerċizzi, fl-istess ħin jiġifieri fis-6 pm minflok il-Museum, it-tfal se jiġu għall-quddiesa, imbagħad jinġabru fis-sala Dun Manwel għal-laqgħat apposta għalihom. Wara, jingħaqdu magħna għall-Barka Sagramentali.
Matul il-ġranet tar-Randan se jkun hemm qfief apposta biex niġbru preserve u affarijiet oħra ta’ tindif biex intuhom lill-familji fil-bżonn.
Ser isir Ftira Night il-Ħamis 27 ta’ Marzu fis-7pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers .
Nitolbu għal ruħ Victor Spiteri Sacco, Mary Calleja u Jesmond Gatt. Agħtihom O Mulej il mistireħ ta’ dejjem.