Nhar it-Tlieta, se jsir it-Tberik fi Triq Vincenzo Bugeja kollha. Fis-6.30 pm imbagħad issir quddiesa għal kulħadd fi Pjazza Kappillan Muscat. It-tberik isir mill-4.00 pm ‘il quddiem. Infakkrukom biex iddendlu l-kartuna li irċevejtu mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’apartamenti idendlu il-kartuna mall-bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat. Għalhekk it-Tlieta ma ssirx il-quddiesa fil-Knisja imma ssir biss dik tal-Pjazza. Wara l-quddiesa se jkun hemm ukoll taħdita u mument ta’ talb mis-Sur Edward Spiteri.
Nhar il-Ħamis li ġej, se jsir il-ftuħ uffiċjali taċ-Ċentru taż-żgħażagħ. Jiena, flimkien ma sħabi s-saċerdoti, iddeċidejna li noffru dan il-lokal li qabel kien iservi bħala Ċentru lill-Ħamrun Amateurs għax nemmnu li dan hu proġett li se jagħmel il-ġid. Huwa proġett innovattiv ħafna li se jagħti opportunita’ liż-żgħażagħ biex jikbru u jiżviluppaw talenti sbieħ u ġodda permezz tal-isports u mezzi moderni ta’ apparat elettroniku. Min jixtieq li jingħaqad maċ-ċentru, jista’ jidħol fil-fb tal-Parroċċa (IMMAKULATA KUNĊIZZJONI), tkellmu lili jew iċċempel lis-Sur Jurgen Buhagiar fuq 79222253. Nitolbu li jsir il-ġid ma’ ħafna żgħażagħ.
Nhar il-Ġimgħa nkomplu ir-raba’ u l-aħħar taħdita ta’ Eżerċizzi. Il-predikatur se jkun Mons. Hector Scerri. Fil-5.30 pm Nitolbu l-Via Sagra, Fis-6.00 pm (mhux fis-6.30 pm) il-Quddiesa, wara jsir il-ħsieb, u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Biex nagħtu possibilita’ anki lill-ġenituri biex jattendu għall-eżerċizzi, fl-istess ħin iġifieri fis-6pm minflok il-Museum, it-tfal se jiġu għall-quddiesa, imbagħad jinġabru fis-sala Dun Manwel għal-laqgħat apposta għalihom. Wara, jingħaqdu magħna għall-Barka Sagramentali.
Nhar il-Ħadd 6 ta’ April se jkollna pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ u devot li għandna fil-Parroċċa tagħna. Fil-4.45 pm tibda parata tas-suldati rumani mill-quarters tal-Iscouts lejn il-Knisja. Fil-5.00 pm tibda’ ħierġa l-purċissjoni mill-Knisja. Il-Purċissjoni se tkun akkumpanjata mit-talb u waqtiet ta’ daqq mill-Banda Immakulata Kuċizzjoni u mill-Iscouts. Għalhekk nistedinnkom biex timxu magħna tul it-triq u nitolbu flimkien. Se ngħaddu minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Mimosa, Danny Cremona l-biċċa ta’ fuq, Ursolini, Sptar, Qrejten, Wenzu Mallia, Monsinjur De Piro, Kappillan Mifsud. L-aħħar waqfa se tkun fi Pjazza Kappillan Muscat fejn se jkun hemm is-siġġijiet u nagħlqu b’mument qasir ta’ talb mill-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali. Inħeġġeġ biex speċjalment minn fejn se jgħaddi l-Kurċifiss nixegħlu u nżejnu twieqi u gallariji. MA JKUNX HEMM QUDDIESA TAS-6.30 pm. Biex niffaċilitaw il-parkeġġ, is-surmast tal-Liceo offra li jħalli l-parking miftuħ għal kulhadd. Nirringrazzjawh.
Matul il-ġranet tar-Randan poġġejna qfief apposta ħdejn l-artal biex niġbru preserve u affarijiet oħra biex intuhom lill-familji fil-bżonn.
Bħal kull sena, se niġbru l-figolli biex jingħataw lill-persuni bi bżonnijiet speċjali f’quddiesa li ssir l-għada ta’ l-Għid filgħaxija. Ejjew inferrħu lil dawn ħutna f’dan iż-żmien hekk sabiħ u ngħinuhom iħossuhom maħbubin. Għal dan il-għan ukoll nhar l-Erbgħa 16 t’April mill-10.00 am sal-12.00 pm (hija l-ewwel gurnata tal-vaganzi tal-iskola) se jsir Easter Figolla Party fis-Sala Parrokkjali. It-tfal se jaħdmu l-figolli biex inkunu nistgħu nagħtuhom lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Min jixtieq li tfal tiegħu jieħdu sehem jista’ jibgħat SMS jew WHATSUP fuq in-numru 79000490.
Il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk issir il-ġabra għall-bżonnijiet tal-Knisja.
Nitolbu għal ruħ Vincenza Parnis u Doris Buttigieg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.