Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
Il-Ġimgħa ssir it-tielet laqgħa għall-animaturi u letturi fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani fis-6.30 pm. Importanti li nkomplu nitgħallmu biex jingħata servizz mill-aħjar fil-Liturġija.
Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Frar se tiġi organizzata ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
Iċ-Ċentru ta’ l-anzjani javża li dawk li ġejjin magħna il-ħarġa nhar l-Erbgħa 19 ta’ Frar nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Importanti nkunu fil-ħin.