Avviżi – Il-Ħadd 8 ta’ Marzu 2026

It-Tielet Ħadd tar-Randan

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

1. Nhar it-Tlieta se jsir it-Tberik fi Triq Vincenzo Bugeja. Dawk li joqgħodu f’din it-triq se tirċievu nota d-dar. It-tberik isir mill-4.00 pm ‘il quddiem. Infakkrukom biex iddendlu il-kartuna li irċivejtu mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’appartamenti jdendlu l-kartuna mal-bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat.

Il-Ħamis se jsir it-Tberik fi Sqaq Nru 1, Triq Vitale u Triq Pawlu Burlo’.

2. Dawk li nhar it-Tlieta ġejjin pellegrinaġġ għar-Redentur l-Isla, ikunu fejn il-knisja fit-8.30 am.

3. Nhar il-Ġimgħa se ssir it-tielet laqgħa tal-eżerċizzi għal dan ir-Randan. Il-laqgħa se ssir minn Patri Stephen Magro OFM. Nibdew fil-5.30pm bit-talb tal-Via Crucis, fis-6.00pm il-quddiesa u wara jsir il-ħsieb u nagħlqu bil-Barka Sagramentali. Infakkar li t-tfal, flimkien mal-membri tal-Museum qed ikollom l-eżerċizzi għalihom fis-sala Dun Manwel fl-istess ħin.

4. Nhar it-Tnejn 16 ta’ Marzu ser isir laqgħa interessanti fuq l-Intelliġenza Artfiċjali. Dawk kollha li jixtiequ jsiru jafu aktar fuq dan is-suġġett jistgħu jiġu għal din il-laqgħa. Din se tkun mis-7:00pm sat-8:30pm fis-sala Dun Manwel u l-kelliem ser ikun Dr. Omar Seguna.

5. Min jixtieq li joffri preserve u oġġetti ta’ tindif għall-familji fil-bżonn, tistgħu iġġibuhom il-Knisja u tpoġġuhom ħdejn ix-xbieha tal-Ħniena Divina. Nagħmlu li nistgħu biex ngħinu familji u persuni li għaddejjin minn mumenti diffiċli.

6. Bħal kull sena, se niġbru l-figolli biex jingħataw lill-persuni bi bżonnijiet speċjali f’quddiesa li ssir l-għada ta’ l-Għid filgħaxija. Ejjew inferrħu lil dawn ħutna f’dan iż-żmien hekk sabiħ u ngħinuhom iħossuhom maħbubin. Għal dan il-għan ukoll nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu festa pubblika mill-10.00 am sal-12.00pm se jsir ukoll Easter Figolla Party għat-tfal fis-Sala Parrokkjali. It-tfal se jaħdmu l-figolli biex inkunu nistgħu nagħtuhom lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Min jixtieq li tfal tiegħu jieħdu sehem jista’ jibgħat SMS jew WHATSUP fuq in-numru 79000490.

7. Nitolbu għal ruħ Joseph Borg, Carmelo Debono u Joseph Buttigieg, li mietu matul din il-ġimgħa . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.