Avviżi – Il-Ħadd 1 ta’ Marzu 2026

It-Tieni Ħadd tar-Randan

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

1. Nhar it-Tlieta se jsir it-Tberik fi Triq Maitland. Dawk li joqgħodu f’din it-triq se tirċievu nota d-dar. It-tberik isir mill-4.00pm ‘il quddiem. Infakkrukom biex iddendlu il-kartuna li irċivejtu mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’apartamenti jdendlu l-kartuna mal-bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat.

Il-Ħamis se jsir it-Tberik fi Sqaq il-Għajn u Triq il-Ferrovija.

2. Nhar it-Tnejn 16 ta’ Marzu ser isir laqgħa interessanti fuq l-Intelliġenza Artfiċjali. Dawk kollha li jixtiequ jsiru jafu aktar fuq dan is-suġġett jistgħu jiġu għal din il-laqgħa. Din se tkun mis-7:00pm sat-8:30pm fis-sala Dun Manwel u l-kelliem ser ikun Dr. Omar Seguna.

3. Nhar il-Ġimgha se ssir it-tieni laqgħa tal-eżerċizzi għal dan ir-Randan. Il-laqgħa se ssir minn Fr. Alfred Scerri Kapuċċin. Nibdew fil-5.30pm bit-talb tal-Via Crucis, fis-6.00pm il-quddiesa u wara jsir il-ħsieb u nagħlqu bil-Barka Sagramentali. Infakkar li t-tfal, flimkien mal-membri tal-Museum qed ikollom l-eżerċizzi għalihom fis-sala Dun Manwel fl-istess ħin.

4. Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Qed jitqassam ukoll l-Envelope għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelops bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali. Nafda fil-ġenerożita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata.

5. Matul il-ġranet tar-Randan se jkun hemm qfief apposta biex niġbru preserve u oġġetti oħra ta’ tindif, biex intuhom lill-familji fil-bżonn.

6. Bħal kull sena, se niġbru l-figolli biex jingħataw lill-persuni bi bżonnijiet speċjali f’quddiesa li ssir l-għada ta’ l-Għid filgħaxija. Ejjew inferrħu lil dawn ħutna f’dan iż-żmien hekk sabiħ u ngħinuhom iħossuhom maħbubin. Għal dan il-għan ukoll nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu festa pubblika mill-10.00am sal-12.00pm se jsir ukoll Easter Figolla Party għat-tfal fis-Sala Parrokkjali. It-tfal se jaħdmu l-figolli biex inkunu nistgħu nagħtuhom lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Min jixtieq li tfal tiegħu jieħdu sehem jista’ jibgħat SMS jew WHATSUP fuq in-numru 79000490.

7. L-Għaqda Muzikali Immakulata Kunċizzjoni, flimkien mal-Ħamrun Sporting ser iniedu proġett immirat lejn żgħażagħ bejn it-12 u t-18-il sena li fih se jsiru sessjonijiet prattiċi u soċjali li jinkludu:

· Dinja virtwali tal-football u 3D printing

· Induratura u irħamar

· Edukazzjoni mużikali

· Komunikazzjoni, litteriżmu u numeriżmu.

Il-laqgħat se jsiru fiċ-Ċentru taż-żgħażagħ minn April sa Jannar 2027. Il-Parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas. Min hu interessat jista’ jieħu formola mis-sagristija, jimlieha u jerga’ jġibielna.

8. Nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis fis-7.00pm, fil-Knisja tagħna qed issir l-istqarrija solenni tal-fidi mis-6 Komunita’ Neokatekumenali. Kulħadd huwa mistieden li jattendi għal dawn il-laqgħat li fihom nirrispondu d-domanda GHALIEX NEMMEN?

9. Nitolbu ghal ruħ Marion Borg Bonaci li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.