1.Nhar it-Tnejn se ssir laqgħa nteressanti fuq l-Intelliġenza Artifiċjali. Dawk kollha li jixtiequ jsiru jafu aktar fuq dan is-suġġett jistgħu jiġu għal din il-laqgħa. Din se tkun mis-7:00 pm sat-8:30 pm fis-Sala Dun Manwel u l-kelliem se jkun Dr. Omar Seguna.
2. Nhar it-Tlieta se jsir it-Tberik fi Triq Dun Edgar Vella, Kuncizzjoni u Triq Manuel Magri. Dawk li joqogħdu f’dawn it-toroq se tirċievu nota d-dar. It-tberik isir mill-4.00 pm ‘il quddiem. Infakkrukom biex iddendlu il-kartuna li irċivejtu mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’apartamenti jdendlu l-kartuna mal-bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat.
3. Nhar il-Ħamis, festa pubblika ta’ San Ġużepp, il-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa. Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30pm quddiesa li noffruha ghal dawk li jisimhom għal San Ġużepp.
4. Nhar il-Ħamis se mmorru Għawdex biex nitolbu fuq l-Għolja ta’ Għammar. Dawk li bbukkjaw biex jiġu magħna, ikunu hawn fis-6.30 am biex nitilqu fis-7.00 am. Infakkar lil dawk li beħsiebhom jitilgħu magħna l-għolja taa’ Għammar biex nitolbu l-Via Sagra, biex ma jiġux bi żraben imma b’xi sports shoes.
5. Nhar il-Ġimgħa se ssir ir-raba’ u l-aħħar laqgħa tal-eżerċizzi għal dan ir-Randan. Il-laqgħa se ssir minn Patri Jethro Bajada OFM Cap. Nibdew fil-5.30 pm bit-talb tal-Via Crucis, fis-6.00 pm il-quddiesa u wara jsir il-ħsieb u nagħlqu bil-Barka Sagramentali. Infakkar li t-tfal, flimkien mal-membri tal-Museum qed ikollom l-eżerċizzi għalihom fis-sala Dun Manwel fl-istess ħin.
6. Nhar il-Ħadd se jsir il-pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ u devot li għandna fil-Parroċċa tagħna. Fil-4.45 pm tibda parata tas-suldati rumani mill-quarters tal-Iscouts lejn il-Knisja. Fil-5.00 pm tibda’ ħierġa l-purċissjoni mill-Knisja. Il-Purċissjoni se tkun akkumpanjata mit-talb u waqtiet ta’ daqq mill-Banda Immakulata Kuċizzjoni u mill-Iscouts. Għalhekk nistedinnkom biex timxu magħna tul it-triq u nitolbu flimkien. Se ngħaddu minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Pace Forno, Vincenzo. Bugeja, Adelaide Cini, Lord Byron, Frangiskani, De Piro, Kappillan Mifsud. L-aħħar waqfa se tkun fi Pjazza Kappillan Muscat fejn se jkun hemm is-siġġijiet u nagħlqu b’mument qasir ta’ talb mill-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali. Inħeġġeġ biex speċjalment minn fejn se jgħaddi l-Kurċifiss nixegħlu u nżejnu twieqi u gallariji. MA JKUNX HEMM QUDDIESA TAS-6.30pm. Biex niffacilitaw il-parkeġġ, is-surmast tal-Liceo offra li jħalli l-parking miftuħ għal kulħadd. Nirringrazzjawh.
7. Min jixtieq li joffri preserve u oġġetti ta’ tindif għall-familji fil-bżonn, tistgħu iġġibuhom il-Knisja u tpoġġuhom ħdejn ix-xbieha tal-Ħniena Divina. Nagħmlu li nistgħu biex ngħinu familji u persuni li għaddejjin minn mumenti diffiċli.
8. Bħal kull sena, se niġbru l-figolli biex jingħataw lill-persuni bi bżonnijiet speċjali f’quddiesa li ssir l-għada tal-Għid filgħaxija. Ejjew inferrħu lil dawn ħutna f’dan iż-żmien hekk sabiħ u ngħinuhom iħossuhom maħbubin. Għal dan il-għan ukoll nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu festa pubblika mill-10.00 am sa nofsinhar se jsir ukoll Easter Figolla Party għat-tfal fis-Sala Parrokkjali. It-tfal se jaħdmu l-figolli biex inkunu nistgħu nagħtuhom lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Min jixtieq li tfal tiegħu jieħdu sehem jista’ jibgħat SMS jew WHATSUP fuq in-numru 79000490.
9. Filwaqt li nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-offerta tagħhom għall-festa titulari, infakkarkom sabiex l-envelopes bl-offerta ġġibuhom il-Knisja jew l-Uffiċċju Parrokkjali jew tibgħatuhom ma xi ħadd tal-fiduċja tagħkom. Grazzi.
10. Nitolbu għal ruħ Albert Ellul, li miet matul din il-ġimgħa . Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.