Avviżi – Il-Ħadd 22 ta’ Marzu 2026

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

1. Illejla se jsir il-pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ u devot li għandna fil-Parroċċa tagħna. Fil-5.00 pm tibda’ ħierġa l-purċissjoni mill-Knisja. Il-Purċissjoni se tkun akkumpanjata mit-talb u waqtiet ta’ daqq mill-Banda Immakulata Kuċizzjoni u mill-Iscouts. Għalhekk nistedinnkom biex timxu magħna tul it-triq u nitolbu flimkien. Se ngħaddu minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Pace Forno, Vincenzo. Bugeja, Adelaide Cini, Lord Byron, Frangiskani, De Piro, Kappillan Mifsud. L-aħħar waqfa se tkun fi Pjazza Kappillan Muscat fejn se jkun hemm is-siġġijiet u nagħlqu b’mument qasir ta’ talb mill-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali. Inħeġġeġ biex speċjalment minn fejn se jgħaddi l-Kurċifiss nixegħlu u nżejnu twieqi u gallariji. MA JKUNX HEMM QUDDIESA TAS-6.30 pm. Biex niffaċilitaw il-parkeġġ, is-surmast tal-Liceo offra li jħalli l-parking miftuħ għal kulħadd. Nirringrazzjawh.

2. Nhar it-Tlieta se jsir it-Tberik fi Triq Indri Cilia . Dawk li joqogħdu f’dawn it-toroq se tirċievu nota d-dar. It-tberik isir mill-4.00pm ‘il quddiem. Infakkrukom biex iddendlu il-kartuna li irċivejtu mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’apartamenti jdendlu l-kartuna mal-bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat.

Nhar il-Ħamis se jsir it-tberik fi Triq Nuzzo.

3. Nhar l-Erbgħa se jkun hemm il-laqgħa taċ-Ċentru ta’ l-Anzjani fit-8.45 am fis-sala Dun Manwel.

4. Nhar il-Ħamis, lejliet id-Duluri, ser issir ċelebrazzjoni penitenzjali, jiġifieri ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Qrar. Importanti li niġu u niċċelebraw dan is-sagrament b’mod dinjituż. Se jkun hawn saċerdoti barranin. Nibdew fis-6.30 pm u l-Qrar jibqa’ għaddej sa tard għall-benefiċċju ta min ikun xogħol. Dakinhar il-quddiesa ta’ filgħaxija ma ssirx.

5. Nhar il-Ġimgħa festa għażiża ta’ Marija Addolorata. Quddies: 6:15am, 7:15am, fid-9.00am bis-sehem tat-tfal tal-iskejjel, f’Nofsinhar li għaliha mistednin speċjalment dawk li jaħdmu fl-akkwata tal-Parroċċa tagħna, fil-5:30pm, qabel ma toħroġ il-Purċissjoni u jkun hemm quddiesa oħra kif tidħol il-Purċissjoni. Il-Purċissjoni tgħaddi mit-toroq: Manwel Magri, Joe Sciberras, Alexander, Nuzzo, Ferrovija, Maitland, id-Duluri, Fatati, Pjazza Kapp, Muscat, Triq Kapp. Mifsud sal-Knisja.

6. Nhar Il-Ħadd li ġej: festa ta’ Ħadd il-Palm fid-9.00 am isir ir-rit tat-tberik tal-friegħi tal-Palm u taż-Żebbuġ fil-bitħa tas-Sorijiet tal-Eġittu. Dawk li jistgħu, jiġu hemmhekk biex, wara t-tberik, niġu Purċissjoni sal-Knisja fejn niċċelebraw il-quddiesa tad-daħla ta’ Ġesu’ ġewwa Ġerusalemm u b’hekk naghtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa li ppreparajna ruħna għaliha matul ir-Randan.

7. Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenaza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-kbira, jiġifieri bejn il-27 ta’ Marzu u 3 ta’ April. Għal dan l-iskop, matul dawn id-dati se titqiegħed kaxxa bil-kitba ‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju biex nitfgħu fihom l-offerti tagħna. Dawn se jmorru sabiex issir ħidma ta’ karita’ ma’ familji u persuni li jeħtieġu diversi forom ta’ għajnuna.

8. Bħal kull sena, se niġbru l-figolli biex jingħataw lill-persuni bi bżonnijiet speċjali f’quddiesa li ssir l-għada ta’ l-Għid filgħaxija. Ejjew inferrħu lil dawn ħutna f’dan iż-żmien hekk sabiħ u ngħinuhom iħossuhom maħbubin. Għal dan il-għan ukoll nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu festa pubblika mill-10.00 am sal-12.00pm se jsir ukoll Easter Figolla Party għat-tfal fis-Sala Parrokkjali. It-tfal se jaħdmu l-figolli biex inkunu nistgħu nagħtuhom lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Min jixtieq li tfal tiegħu jieħdu sehem jista’ jibgħat SMS jew WHATSUP fuq in-numru 79000490.

9. F’Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira se jsiru rappreżentazzjonijet ta’ l-aħħar ċena fis-sala Dun Manwel mill Għaqda Teatrali Dun Mikiel Xerri. Ħinijiet u dettalji fil-poster fin-notice board.

10. Filwaqt li nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-offerta tagħhom għall-festa titulari, infakkarkom sabiex l-evelopes bl-offerta ġġibuhom il-Knisja jew l-Uffiċċju Parrokkjali jew tibgħatuhom ma xi ħadd tal-fiduċja tagħkom. Grazzi.

11. Nitolbu għal ruħ Salvu Bajada li miet matul din il-ġimgħa . Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.