1. Illum festa ta’ Ħadd-il Palm fid-8.45 am isir ir-rit tat-tberik tal-friegħi tal-Palm u taż-Żebbuġ fil-bitħa tas-Sorijiet tal-Eġittu. Dawk li jistgħu, jiġu hemmhekk, biex wara t-tberik, niġu Purċissjoni sal-Knisja fejn niċċelebraw il-quddiesa tad-daħla ta’ Ġesu’ ġewwa Ġerusalemm u b’hekk nagħtu bidu għall-Ġimgha Mqaddsa li ppreparajna ruħna għaliha matul ir-Randan.
2. Nhar it-Tnejn il-quddiesa tiġi ċċelebrata fis-6.00 pm (mhux fis-6.30pm) u se jiċċelebraha Fr Martin Micallef direttur tad-Dar tal-Providenza . Il-quddiesa se tkun bis-sehem tat-tfal li se jġibu magħhom il-karus ta’ mħabba biex noffruhom lid-Dar tal-Providenza. Wara t-tfal jattendu għal rappreżentazzjoni taċ-Ċenaklu Ħaj fis-Sala Dun Manwel.
3. Nhar it-Tlieta Via Sagra fis-6.00 pm u fil-quddiesa tas-6.30 pm nitolbu s-Salmi. Wara l-quddiesa issir taħdita dwar il-Liżar ta’ Kristu mill- Profs. Paul Pace.
4. Nhar l-Erbgħa fis-6.00 pm rużarju u fis-6.30 pm quddiesa bit-talba tas-Salmi u wara jkun hemm meditazzjoni madwar Ġesu’ Msallab, immexija minn Edward Spiteri flimkien mal-kappillan.
Nhar l-Erbgħa wkoll se tiftaħ il-wirja IMPERIUM fiċ-ċentru taż-żgħażagħ li se tinkludi props u kostumi oriġinali li ntużaw fil-film Gladiator li nġibed f’Malta.
5. Nhar il-Ħamis huwa Ħamis ix-Xirka, tifkira tat-twaqqif tal-Ewkaristija u tas-saċerdozju. Filgħodu ma jkunx hawn quddies għax issir quddiesa waħda fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof li fiha jitbierku ż-żjut. Għalhekk kemm il-Knisja, kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqin. Filgħaxija nagħtu bidu għat-tlett ijiem qaddisa ta’ l-Għid. Fis-6.30pm quddiesa solenni tat-twaqqif tal-Ewkaristija u s-Saċerdozju. Wara l-quddiesa nagħmlu flimkien il-viżti fil-knisja stess u fl-10.00p.m. ikollna siegħa Adorazzjoni quddiem l-artal tar-repożizzjoni (sepulkru).
Wara l-visti, issir ir-rappreżentazzjoni taċ-Ċenaklu ħaj fis-Sala Dun Manwel.
6. Il-Ġimgha hija l-Ġimgha l-Kbira. Huwa jum għażiż u nfakkar li hemm l-obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fit-8.00am Lawdi mill-Aħwa tal-Mixja Neokatekumenali. Fid-9.30am Adorazzjoni mit-tfal u l-membri tal-Museum. Imbagħad il-Knisja tiftaħ fis-2.30pm u fit-3.00p.m. ċelebrazzjoni liturġika tal-mewt ta’ Sidna Gesu’ Kristu.
Filgħodu wkoll ikun hemm ir-rappreżentazzjoni taċ-Ċenaklu Ħaj fis-sala Dun Manwel.
7. Nhar is-Sibt, IL-VĠILI TAL-GĦID IL-KBIR, jum il-Qawmien ta’ Ġesu’ mill-imwiet. Nibdew fit-8.30 p.m bit-tberik tan-nar ġdid.
8. Nhar il-Ħadd, Ħadd il-Għid tal-Mulej, il-quddies bħal tal-Ħdud.
9. Matul dawn il-ġranet se niġbru l-figolli biex jingħataw lill-persuni bi bżonnijiet speċjali f’quddiesa li ssir l-għada ta’ l-Għid filgħaxija. Ejjew inferrħu lil dawn ħutna f’dan iż-żmien hekk sabiħ u ngħinuhom iħossuhom maħbubin. Għal dan il-għan ukoll nhar it-Tlieta festa pubblika mill-10.00 am sa nofsinhar se jsir ukoll Easter Figolla Party għat-tfal fis-Sala Parrokkjali. It-tfal se jaħdmu l-figolli biex inkunu nistgħu nagħtuhom lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Min jixtieq li tfal tiegħu jieħdu sehem jista’ jibgħat SMS jew WHATSUP fuq in-numru 79000490.
10. Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenaza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-kbira, jiġifieri bejn il-27 ta’ Marzu u 3 ta’ April. Għal dan l-iskop, matul dawn id-dati se titqiegħed kaxxa bil-kitba ‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju biex nitfgħu fihom l-offerti tagħna. Dawn se jmorru sabiex issir ħidma ta’ karita’ ma’ familji u persuni li jeħtiegu diversi forom ta’ għajnuna.
11. Filwaqt li nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-offerta tagħhom għall-festa titulari, infakkarkom sabiex l-envelopes bl-offerta ġġibuhom il-Knisja jew l-Uffiċċju Parrokkjali jew tibgħatuhom ma’ xi ħadd tal-fiduċja tagħkom. Grazzi.