Avviżi – Il-Ħadd 5 t’April 2026

L-GĦID IL-KBIR

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

1. Għada fil-quddiesa tas-6.30 filgħaxija se jkollna magħna persuni bi bżonnijiet speċjali minn Dar il-Wens biex jieħdu l-figolli li ġibtu intom. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita’ tagħkom.

2.  Minn nhar it- Tlieta se nkompli t-tberik tal-Familji. Meta jkun imisskom tbierku fit-triq tagħkom, qed jitqassam avviz bid-data u l-ġurnata. Miegħu ikun hemm bookmark biex min jixtieq ibierek, iwaħħal din il-bookmark mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li rridu nħabbtulek. Fejn ma narawx il-bookmark ifisser li dak li jkun ma jixtieqx ibierek. Dawk li joqgħodu fi flats, iktbu fuq il-bookmark in-numru tal-flat taghkom.

it-Tlieta nbierek Triq Adelaide Cini u Lunzjata

L- Erbgħa Triq Fatati u Triq Wenzu Mallia

Il-Ħamis Pjazza Kappillan Muscat u Triq Kappillan Valletta.

3. Nhar il-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Festa li jridna niċċelebrawha Ġesu’ innifsu. Għalhekk fil-5.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.

4. Nieħu l-okkażjoni biex ngħid GRAZZI kbira lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex ikollna ċelebrazzjonijiet sbieħ u denji. Żgur li mingħajrkom ma nistgħux nagħmlu dak li qed nagħmlu. Is-servizz tagħkom huwa mprezzabbli. Jalla l-Mulej ibierek lilkom u l-familja tagħkom u jroddilkom hu għas-servizz mill-qalb li toffru lil Komunita’ tagħna.

Tags: No tags

Comments are closed.