Avviżi – Il-Ħadd 12 t’April 2026

It-Tieni Ħadd tal-Għid –

Festa tal-Ħniena Divina

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

1. Illum il-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Festa li jridna niċċelebrawha Ġesu’ innifsu. Għalhekk fil-5.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.

2.  Nhar it-Tnejn nkompli t-tberik tal-Familji. Meta jkun imisskom tbierku fit-triq tagħkom, qed jitqassam bookmark bid-data u l-ġurnata. Min jixtieq ibierek, iwaħħal din il-bookmark mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li rridu nħabbtulek. Fejn ma narawx il-bookmark ifisser li dak li jkun ma jixtieqx ibierek. Dawk li joqogħdu fi flats, iktbu fuq il-bookmark in-numru tal-flat tagħkom.

It-Tnejn: Triq Oscar Zammit, Snajja u Ġwann Mamo

It-Tlieta: Triq Mimosa

L-Erbgħa: Triq Mons. De Piro u Triq it-Tramm

Il-Ħamis: Triq Guże’ Marija Camilleri u Triq Liċeo

3. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel fid-8.45 am.

4. Nhar il- Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00 pm qabel il-quddiesa .

5. Il-Ġimgha se tiġi organizzata ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

6. L-Għaqda Mużikali, flimkien mal-Hamrun Sporting se iniedu proġett għal żgħażagħ bejn it-12 u t-18-il sena. Se jagħtu tagħlim u sessjonijiet informali u prattiċi mmexxija minn voluntiera fil-Komunita’ tal-Parroċċa tagħna. Dan se jinkludi:

Dinja virtwali tal-Footbal u 3D printing

Induratura u irħamar

Edukazzjoni mużikali, litteriżmu u numeriżmu. 

Is-sessjonijiet se jsiru fiċ-Ċentru l-ġdid taż-żgħażagħ, f’ambjent sikur u inklussiv għall-parteċipanti. It-tagħlim se jibda’ minn April 2026 sa Jannar 2027. Il-materjal meħtieġ se jiġi wkoll ipprovdut b’xejn.

7. Il-weekend li ġej se niċċelebraw JUM IL-KARITA’. Għalhekk il-ġbir imur kollu għal dan l-iskop.

Tags: No tags

Comments are closed.