1. Nhar it-Tnejn nkompli t-tberik tal-Familji. Meta jkun imisskom tbierku fit-triq tagħkom, qed jitqassam bookmark bid-data u l-ġurnata. Min jixtieq ibierek, iwaħħal din il-bookmark mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li rridu nħabbtulek. Fejn ma narawx il-bookmark ifisser li dak li jkun ma jixtieqx ibierek. Dawk li joqogħdu fi flats, iktbu fuq il-bookmark in-numru tal-flat tagħkom u waħħluha mal-bieb ta’ barra tal- blokka .
It-Tnejn: Triq Misrah il-Barrieri u Roger Debattista
It-Tlieta: Triq l-Orsolini
L-Erbgħa: Triq Kanonku Bonnici
Il-Ħamis: Triq Ġuże’ Pace u Gaetano Pace Forno
2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00 pm qabel il-quddiesa
3. L-Għaqda Mużikali, flimkien mal-Hamrun Sporting se jniedu proġett għal żgħażagħ bejn it-12 u t-18-il sena. Se jagħtu tagħlim u sessjonijiet informali u prattiċi immexxija minn voluntiera fil-Komunita’ tal-Parroċċa tagħna. Dan se jinkludi:
Dinja virtwali tal-Footbal u 3D printing
Induratura u irħamar
Edukazzjoni mużikali, litteriżmu u numeriżmu.
Is-sessjonijiet se jsiru fiċ-Ċentru l-ġdid taż-żgħażagħ, f’ambjent sikur u inklussiv għall-parteċipanti. It-tagħlim se jibda’ minn April 2026 sa Jannar 2027. Il-materejali meħtieġ se jiġi wkoll ipprovdut b’xejn.