Avviżi – Il-Ħadd 28 ta’ Diċembru 2025

Il-Familja Mqaddsa

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

  1.  Nhar il-Erbgħa, l-aħħar jum tas-sena 2025, fil-quddiesa tas-6.30 pm se nkantaw l-innu Te Deum (innu ta’ tifħir lill-Mulej) bħala ringrazzjament lil Alla. Wara l-quddiesa nesponu lil Ġesu’ Ewkaristija u l-Knisja se tibqa’ miftuħa biex issir adorazzjoni fis-skiet. Fid-9.30 pm issir adorazzjoni animata u fil-11.15 pm quddiesa biex nagħlqu s-sena u nibdew sena ġdida mal-Mulej. Imbagħad naqsmu xi ħaġa flimkien u nagħtu l-awguri lil xulxin.

  2. Nhar Il-Ħamis l-Ewwel tas-sena il-quddies ikun bħal tal-Ħadd u nfakkrukom li l-ġabra se tmur kollha għad-Dar tal-Providenza. Inkunu ġenerużi ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom.

  3. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħhom għall-istrina tal-Parroċċa. Naprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.

  4. Infakkarkom li jiena se nerġa’ nkun fl-uffiċċju it-Tnejn 5 ta’ Jannar filgħodu.

  5. Nitolbu għal ruħ Mary Agius li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistirieħ ta’ dejjem

Tags: No tags

Comments are closed.