Avviżi – Il-Ħadd 21 ta’ Diċembru 2025

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

  1. Illum il-Ħadd, se jkollna esperjenza sabiħa. Se jsir presepju ħaj mill-Aħwa tal-Mixja Neokatekumenali. Se niltaqgħu fil-Knisja fis-7.15pm (wara l-quddiesa) u nimxu minn quddiem il-Każin, Triq il-Fatati u Triq il-Kunċizzjoni fejn imbagħad issir re-inactment tal-lejl tal-Milied. Hija manifestazzjoni ferrieħa li se ġġibna aktar konxji li r-raġuni tal-festa li qed nagħmlu huwa t-twelid ta’ Ġesu’ fostna bħala bniedem. Tafu li ħafna pajjizi qed jiċċelebraw dawn il-festi mingħajr l-ebda referenza għat-twelid ta’ Ġesu’ (kultant lanqas kartolina bil-Bambin ma ssib!). Aħna rridu nġibu lil Ġesu’ preżenti f’dawn il-festi. Niltaqgħu!!

  2. Nhar it-Tlieta 23 ta’ Diċembru (mhux lejliet il-Milied,) is-Superjuri tal-MUSEUM jistiednu l-ġenituri biex jieħdu sehem, flimkien mat-tfal tagħkom għad-dimostrazzjoni bil-Bambin organizzata mill-membri tal-Museum. Din tibda’ fis-5.30pm mill-Museum tas-subien, iddur ma’ diversi toroq u tidħol fil-Knisja ta’ San Gejtanu.

  3. Nhar l-Erbgħa lejliet il-Milied, fis-6.30 pm ikun hawn il-quddiesa li tgħodd għall-Milied u fl-10.45 pm tibda’ l-velja fil-Knisja bis-sehem tat-tfal, l-Kor Parrokkjali tagħna. Il-Grupp ta’ atturi Dun Mikiel Xerri se jkun qed jagħmel buzzett sabiħ li jkompli jdaħħalna fl-ispirtu tal-Milied. Imbagħad issir il-priedka tat-tifel. F’nofsillejl il-quddiesa tal-Milied. Wara l-quddiesa nkomplu naqsmu l-ferħ tagħna flimkien quddiem il-Knisja.

  4. Nhar Il-Ħamis, Jum il-Milied il-quddies ikun bħal tal-Ħadd.

  5. Bħal ma sar fis-snin li għaddew, qed jinġabru wkoll xi ġugarelli ġodda li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar il-Ġimgħa fil-11.00am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna. Huma tfal li ma setgħux jgħaddu l-Milied fil-familja tagħhom. Inferrħuhom u nuruhom imħabba f’dan il-mument difficli għalihom u għall-familji tagħhom. Se nżuru Rainbow ward, Fairyland, Disneyland u Wonderland. Bħalissa hemm madwar 60 tifel u tifla bil-marda kiefra tal-kanċer. B’kollox irridu madwar rigal. Min jixtieq iġib xi rigali għat-tfal, jista’ jagħmel dan sal-Milied. Grazzi lil dawk kollha li diġa għamlu l-għotja tagħhom.

  6. Nhar is-Sibt 27 ta’ Diċembru fid-9.30am se ssir quddiesa bil-priedka tat-tifel. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ, jistgħu jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

  7. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-istrina tal-Parroċċa. Naprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.

  8. Infakkar li l-ġbir ta’ nhar l-Ewwel tas-sena se jmur kollu għad-Dar tal-Providenza. Inkunu ġenerużi kif dejjem konna, ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom. Hija dar li verament jixraqilha l-isem tagħha għaliex fiha tidher il-providenza, frott il-generożita’ tal-Maltin.

  9. Fl-1 ta’ Jannar huwa wkoll it-58 anniversarju minn meta din il-Knisja saret Parroċċa. Nitolbu biex il-Mulej u Ommna Marija Immakulata, tagħmel minn din il-komunita’, familja li tħobb, timxi flimkien u ma teskludi lil ħadd.

  10. Nitolbu għal ruħ Joseph Azzopardi u Giovanna Borg li mietu matul dawn il-granet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem

Tags: No tags

Comments are closed.