Infakkrukom li issa wara l-quddiesa se jkollna persuni neqsin mid-dawl li se jferrħuna bil-mużika tagħhom. Wara mistednin għall-bibita fis-sala Dun Manwel, offruta mill-Għaqda Mużikali.
Minn nhar it-Tnejn li ġej nibdew in-novena tal-Milied. Matul il-ġranet tan-novena kollha fil-quddies ta’ filgħaxija se niltaqgħu ma’ personaġġi importanti fil-ġrajja tal-Milied biex jirrakontaw huma stess minn dak li għaddew minnu u nitgħallmu minnhom. Grazzi lil Grupp tejatrali Dun Mikiel Xerri.
Nhar Is-Sibt filgħodu, ser isir attivita’ għat-tfal fis-sala Parrokkjali “Baking with Santa”. It-tfal huma mistiedna biex jiġu u jaħdmu huma stess il-galettini tal-Milied li mbagħad jeħduħom magħhom. Aktar informazzjoni mill-membri tal-Każin jew fuq in-numru 79000490.
Grupp tal-Armar tal-Parroċċa qed jagħmel attivita’ ħelwa biex iferrħu t-tfal. Għalhekk l-Erbgħa 17 ta’ Diċembru, Father Christmas se jiġi d-dar u jqassam ir-rigali lit-tfal tagħkom barra mill-Ħamrun. Il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru jqassam ir-rigali fil-Ħamrun. Ir-rigali jinġabru il-Ħadd 14 ta’ Diċembru bejn l-10.00 am u l-11.00 am u Tnejn 15 ta’ Diċembru bejn il-6.30 pm – 7.30 pm.
Infakkarkom ukoll biex fit-23 ta’ Diċembru (mhux lejliet il-Milied,) tieħdu sehem, flimkien mat-tfal tagħkom għad-dimostrazzjoni bil-Bambin organizzata mill-membri tal-Museum. Din tibda’ fis-5.30 pm mill-Museum tas-subjien, iddur ma’ diversi toroq u tidħol fil-Knisja ta’ San Gejtanu.
Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Diċembru lejliet il-Milied, fil-10.45 pm tibda’ l-velja fil-Knisja bis-sehem tat-tfal, l-Kor Parrokkjali tagħna. Il-Grupp ta’ atturi Dun Mikiel Xerri se jkun qed jagħmel buzzett sabiħ li jkompli jdaħħalna fl-ispirtu tal-Milied. Imbagħad issir il-priedka tat-tifel. F’nofsillejl il-quddiesa tal-Milied. Wara l-quddiesa nkomplu naqsmu l-ferħ tagħna flimkien quddiem il-Knisja.
Bħal ma sar fis-snin li għaddew, qed jinġabru wkoll xi ġugarelli ġodda li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru fil-11.00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna. Nitolbukom tkunu ġenerużi.
Nhar is-Sibt 27 ta’ Diċembru fid-9.30 am se ssir quddiesa bil-priedka tat-tifel li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ, jistgħu jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
Infakkarkom ukoll biex l-envelopes bl-offerta tal-istrina għall-Knisja ġġibuhom il-Knisja jew tibgħatuhom ma xi ħadd tal-fiduċja tagħkom. Jistgħu jinġabru wkoll mid-djar tagħkom minn persuna imqabbda minni. Grazzi għal kull għajnuna li dejjem tagħtu. Nirringrazzja lil dawk li diġa offrew il-kontribuzzjoni tagħhom.
Min jixtieq iġib xi Ponsjetta biex tintrama fil-Knisja nirringrazzjakom ħafna.