Nhar it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis se nkun live-in flimkien mal-Kappillani biex nitolbu u niddiskutu fuq temi prattiċi li jolqtu l-Parroċċi u d-Djoċesi tagħna. Nitlobkom biex takkumpanjawna bit-talb tagħkom biex joħroġ il-frott minn dawn il-laqgħat.
Nhar il-Ħamis jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara il-quddiesa ta’ filgħaxija.
Il-ġabra li saret b’riżq id-Dar tal-Providenza laħqet is-somma ta’ €2000. Grazzi mill-qalb f’isem Dun Martin Micallef, l-istaff u r-residenti tad-dar, għall-ġenerożita’ tagħkom. Il-Mulej żgur li ma jħallix mingħajr ħlas lil dawk li jaħsbu f’min għandu bżonn is-sapport tagħna. Fin-Notice board hemm l-irċevuta għas-sodisfazzjon tagħkom.
Nitolbu għal ruħ Gaetano Borg li miet matul din il-ġimgħa. Agħtiħ O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem