Avviżi – Il-Ħadd 27 t’ April 2025

It-Tieni Ħadd tal-Għid

Festa tal-Ħniena Divina

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA:

  1. Illum il-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Festa li jridna niċċelebrawha Ġesu’ innifsu.  Għalhekk fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.  Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.

  2. Nhar it- Tnejn nkompli t-tberik tal-Familji. Meta jkun imisskom tbierku fit-triq tagħkom, qed jitqassam avviż bid-data u l-ġurnata.   Miegħu ikun hemm bookmark biex min jixtieq ibierek, iwaħħal din il-bookmark mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li rridu nħabbtulek.  Fejn ma narawx il-bookmark ifisser li dak li jkun ma jixtieqx ibierek. Dawk li joqgħodu fi flats, iktbu fuq il-bookmark in-numru tal-flat tagħkom. 

  3. Matul it-tberik se jitqassam ukoll fuljett maħruġ mill-Arċidjocesi ta’ Malta rigward il-Ġublew li qegħdin ngħixu flimkien.  Dan biex nifhmu aħjar xi tfisser din is-sena ta’ grazzja fil-ħajja tagħna.

    It-Tnejn:   Triq Mimosa

    It-Tlieta:     Triq Misraħ il-Barrieri

    L- Erbgħa: Triq Ġwann Mamo, Triq Oscar Zammit

    Il-Ħamis hija festa, ma jsirx tberik.

  4.  Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  5. Il-Gimgħa wkoll se tiġi organizzata ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  6. Il-weekend li ġej huwa l-ewwel weekend tax-xahar u għalhekk il-ġbir imur għall-bżonnijiet tal-Knisja tagħna.

  7. Nitolbu għal ruħ Gracie Gatt, Anthony Spiteri, u Carmela Tufigno li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

     

Tags: No tags

Comments are closed.