Avviżi – Il-Ħadd 13 t’ April 2025

L-Għid il-Kbir

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tnejn fil-quddiesa tas-6.30 filgħaxija se jkollna magħna residenti ta’ Dar il-Wens biex jieħdu l-figolli li ġibtu intom. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita tagħkom.

  2. Minn nhar it- Tlieta se nibda t-tberik tal-Familji. Meta jkun imisskom tbierku fit-triq tagħkom, qed jitqassam avviż bid-data u l-ġurnata. Miegħu ikun hemm bookmark biex min jixtieq ibierek, iwaħħal din il-bookmark mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li rridu nħabbtulek. Fejn ma narawx il-bookmark ifisser li dak li jkun ma jixtieqx ibierek. Dawk li joqogħdu fi flats, iktbu fuq il-bookmark in-numru tal-flat taghkom.
    Matul it-tberik se jitqassam ukoll fuljett maħruġ mill-Arċidjocesi ta’ Malta rigward il-Ġublew li qegħdin ngħixu flimkien. Dan biex nifhmu aħjar xi tfisser din is-sena ta’ grazzja fil-ħajja tagħna.
    It-Tlieta: Triq Adelaide Cini, Triq Barth u Triq Lunzjata.
    L- Erbgħa: Triq Liceo, Triq il-Fatati, Triq Wenzu Mallia.
    Il-Ħamis: Pjazza Kappillan Muscat, Triq il-kappillan Valletta.

  3. Nhar is-Sibt se jkollna kunċert sabiħ mill-kor Joy Gospel Singers flimkien mal-Brownies ta’ l-Iscouts tal-Ħamrun. Dawn se janimaw il-quddiesa kif ukoll wara se jtuna kunċert sabiħ biex inkomplu nesperjenzaw il-ferħ tal-Għid. Kulħadd mistieden biex jattendi.

  4. Nhar il-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Festa li jridna niċċelebrawha Ġesu’ innifsu. Għalhekk fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.

  5. Nitolbu għal ruħ Tereża Agius li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.