Avviżi – Il-Ħadd 13 t’ April 2025

Ħadd il-Palm

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. llum Festa ta’ Ħadd-il Palm.  Niltaqgħu  fid-9.00 am fil-bitħa tas-Sorijiet tal-Eġittu għar-rit tat-tberik tal-friegħi tal-Palm u taż-Żebbuġ. Imbagħad niġu proċessjonalment lejn il-Knisja biex fid-9.30 am niċċelebraw il-quddiesa tad-daħla ta’ Ġesu’ ġewwa Ġerusalemm. 

  2. Nhar It-Tnejn il-quddiesa tiġi ċċelebrata fis-6.00 pm (mhux fis-6.30 pm) u se jiċċelebraha Fr Martin Micallef direttur tad-Dar tal-Providenza . Il-quddiesa se tkun bis-sehem tat-tfal li se jġibu magħhom il-karus ta’ mħabba biex noffruhom lid-Dar tal-Providenza.  

  3. Nhar it-Tlieta Via Sagra fis-6.00 pm u fil-quddiesa tas-6.30 pm nitolbu s-Salmi. 

  4. Nhar l-Erbgħa 16 t’April mill-10.00 am sal-12.00 pm (hija l-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-iskola) se jsir Easter Figolla Party fis-Sala Parrokkjali. It-tfal se jaħdmu l-figolli biex inkunu nistgħu nagħtuhom lill-persuni bi bżonnijiet speċjali flimkien mal-figolli li qegħdin niġbru mingħand kulħadd. Min jixtieq li tfal tiegħu jieħdu sehem jista’ jibgħat SMS jew WHATSUP fuq in-numru 79000490. 

  5. Nhar l-Erbgħa fis-6.00 pm ruzarju u fis-6.30 pm quddiesa bit-talba tas-Salmi u wara ikun hawn Via Sagra meditata bit-talb quddiem il-Kurċifiss. 

  6. Nhar il-Ħamis huwa Ħamis ix-Xirka, tifkira tat-twaqqif tal-Ewkaristija u tas-saċerdozju. Filgħodu ma jkunx hawn quddies  għax issir quddiesa waħda fil-Konkatidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof li fiha jitbierku ż-żjut. Għalhekk kemm il-Knisja, kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqin.  Filgħaxija nagħtu bidu għat-tlett ijiem qaddisa ta’ l-Għid. Fis-6.30 pm quddiesa solenni tat-twaqqif tal-Ewkaristija u s-Saċerdozju. Wara l-quddiesa  nagħmlu flimkien il-viżti fil-knisja stess u fl-10.00 p.m. ikollna siegħa Adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni (sepulkru).  

  7. Il-Ġimgha hija l-Ġimgha l-Kbira. Huwa jum għażiż u nfakkar li  hemm l-obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fit-8.00 am Laudi mill-Mixja neokatekumenali.  Fid-9:30 am Adorazzjoni mit-tfal  u l-membri tal-Museum. Imbaghad il-Knisja tiftaħ fis-2.30 pm u fit-3.00 p.m. ċelebrazzjoni tal-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. 

  8. Nhar is-Sibt, IL-VĠILI TAL-GĦID IL-KBIR, jum il-Qawmien ta’ Ġesu’ mill-imwiet. Nibdew fit-8.30 p.m bit-tberik tan-nar ġdid. 

  9. Nhar il-Ħadd, Ħadd il-Għid tal-Mulej, il-quddies bħal tal-Ħdud. 

  10. Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn l-antriporta  hemm kaxxa apposta sabiex nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna  biex jiġu megħjuna persuni u familji f’diffikulta’.

  11. Nitolbu għal ruħ Rita Spiteri li mietet matul din il-ġimgħa. Aghtiha O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.