Nhar it-Tnejn inkompli t-tberik tal-Familji. Meta jkun imisskom tbierku fit-triq tagħkom, qed jitqassam avviż bid-data u l-ġurnata. Miegħu ikun hemm bookmark biex min jixtieq ibierek, iwaħħal din il-bookmark mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li rridu nħabbtulek. Fejn ma narawx il-bookmark ifisser li dak li jkun ma jixtieqx ibierek. Dawk li joqgħodu fi flats, iktbu fuq il-bookmark in-numru tal-flat taghkom.
Matul it-tberik se jitqassam ukoll fuljett maħruġ mill-Arċidjoċesi ta’ Malta rigward il-Ġublew li qegħdin ngħixu flimkien. Dan biex nifhmu aħjar xi tfisser din is-sena ta’ grazzja fil-ħajja tagħna.
It-Tnejn: Triq Mons De Piro u Triq it-Tramm
It-Tlieta: Triq Ursolini
L-Erbgħa: Triq Manwel Magri u Triq Ġuże’ Maria Camilleri
Il-Ħamis: Triq Indri Cilia
Nhar il- Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filghaxija.
Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm nhar Il-Ħamis wkoll se tiġi organizzata Buffet Breakast f’lukanda il-Qawra. Ikun hemm ukoll quddiesa. Booking mingħand il-helpers sa nhar it-Tlieta.
Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Mejju ser isir coffee morning fis-sala Dun Manwel. Biljetti minghand il-helpers.
Nhar l-Erbgħa li ġej jibda’ l-proċess biex jintgħażel il-Papa l-ġdid. Aħna mħeġġin sabiex nitolbu biex l-Ispirtu ta’ Alla jnebbaħ lil Kardinali ħalli l-għażla tagħhom tkun skont il-qalb tal-Mulej u għal ġid tal-Knisja. Għalhekk il-quddiesa ta’ nhar it-Tnejn (ghada) se tkun bħala talba għal dan l-iskop.
Il-Gimgħa, is-Sibt u l-Ħadd li ġej (9, 10 u 11 ta’ Mejju), jiena, se nakkumpanja l-Għaqda Mużikali tagħna għall-mawra ġewwa Ruma fil-jiem tal-Ġublew tal-Baned. Hija okkażjoni oħra sabiħa li l-Banda tagħna se tieħu sehem fiha u tkompli tagħmel ġieħ lill-Parroċċa tagħna u lill-Ħamrun. Wisq iżjed għaliex il-Banda se tkun qed ittella kunċert quddiem il-Bażilika u Santwarju ta’ Santa Marija Maggiore, il-post fejn il-maħbub Papa Franġisku ġie midfun. Nirringrazzjaw lis-Surmast, Ass. Surmast, President u Kumitat u bandisti li dejjem għamlu isem għall-Parroċċa tagħna anki barra minn xtutna. Għaldaqstant il-Ġimgħa filgħaxija l-Uffiċċju mhux se jkun miftuħ.
Il-Ħadd huwa JUM L-OMM u għalhekk nitolbu għan-nisa kollha li l-Mulej tahom imħabba materna biex il-Mulej iberikom u jagħmel li l-imħabba tagħhom tkun tixbaħ lill-imħabba tiegħu għalina.
Nitolbu għal ruħ Joseph Mangion, Marija Buttigieg, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.