Nhar il-Gimgħa ser isir laqgħa fil-Museum tas-Subien Triq Barth, fis-6.30pm għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu il-Griżma il-Ħadd 9 ta’ Novembru. Din il-laqgħa hija obligatorja għall-ġenituri. Dak inhar ukoll isir il-polza.
Nhar il-Gimgħa ukoll fis-7.30pm se ssir quddiesa, laqgha ta’ talb u adorazzjoni mill-Grupp ta’ Edward Spiteri
Fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Dawk li għandhom xi pjanti, preserves u oġġetti oħra li jistgħu jagħtuhom donazzjoni biex jinbiegħu, napprezzaw kull għajnuna. Fil-knisja hawn qoffa fejn l-artal biex tpoġġu d-donazzjoni tagħkom kif ukoll Il-helpers tagħna se jduru ukoll fil-parroċċa biex jiġbru xi preserves biex jinbiegħu. Grazzi lil dawk li diga taw l-ghajnuna taghhom, kif ukoll lil helpers.
Infakkarkom li ħdejn in-niċċa tal-Madonna hemm formoli li intom tistgħu tieħdu magħkom u tiktbu t-talb tagħkom lill-Madonna biex intellgħuhom magħna ġewwa Franza, fl-okkazjoni tal-anniversarju tal-Midalja Mirakoluza, f’Novembru li gej u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju tagħha.
Nhar is-Sibt 1 ta’ Novembru, fl-okkazzjoni tal-festa tal-Qaddisin kollha l-Għaqda Mużikali Imm. Kunċizzjoni flimkien mal-Parroċċa, se torganizza attivita għat-tfal biex imorru jżuru l-anzjani ta’ Little Sisters of the Poor. It-tfal huma mħeġġa li jilbsu ta’ xi qaddis favorit tagħhom biex inferrħu.