Avviżi – Il-Ħadd 26 ta’ Ottubru 2025

It-Tletin Ħadd matul is-Sena

Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

  1. Nhar il-Erbgħa se jkun hemm laqgħa taċ-ċentru ta’ l-anzjani fis-sala Dun Manwel. Il-laqgħa tibda fid-8.45am.

  2. Nhar is-Sibt 1 ta’ Novembru, fl-okkazzjoni tal-festa tal-Qaddisin kollha l-Għaqda Mużikali Imm. Kunċizzjoni flimkien mal-Parroċċa, se torganizza attivita għat-tfal biex imorru jżuru l-anzjani ta’ Little Sisters of the Poor. It-tfal huma mħeġġa li jilbsu ta’ xi qaddis favorit tagħhom biex inferrħu.

  3. Nhar il-Ħadd 2 ta’ Novembru, it-Tifkira tal-mejtin. Il-quddiesa tas-6.30pm tkun għar-ruħ il-mejtin tal-Parroċċa li mietu minn Novembru tas- sena l-oħra ‘l hawn .

  4. Bejn 1-9 ta’ Novembru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Dawk li għandhom xi pjanti, preserves u oġġetti oħra li jistgħu jagħtuhom donazzjoni biex jinbiegħu, napprezzaw kull għajnuna. Fil-knisja hawn qoffa fejn l-artal biex tpoġġu d-donazzjoni tagħkom kif ukoll Il-helpers tagħna se jduru ukoll fil-parroċċa biex jiġbru xi preserves biex jinbiegħu. Grazzi lil dawk li diga taw l-ghajnuna taghhom, kif ukoll lil helpers.

  5. Infakkarkom li ħdejn in-niċċa tal-Madonna hemm formoli li intom tistgħu tieħdu magħkom u tiktbu t-talb tagħkom lill-Madonna biex intellgħuhom magħna ġewwa Franza, fl-okkazjoni tal-anniversarju tal-Midalja Mirakoluza, f’Novembru li gej u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju tagħha.

  6. Il-gabra li ghamilna l-weekend li ghadda b’rizq il-Missjoni, lahqet is-somma ta’ 1100euro. Grazzi mill-qalb tal-generozita’ kbira taghkom.

  7. Nitolbu għar-ruħ Charles Atkins li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.