Nhar l-Erbgħa se jkun hemm l-ewwel laqgħa taċ-ċentru ta’ l-anzjani fis-sala Dun Manwel. Il-laqgħa tibda fid-8.45am.
Fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Dawk li għandhom xi pjanti, preserves u oġġetti oħra li jistgħu jagħtuhom donazzjoni biex jinbiegħu, napprezzaw kull għajnuna. Il-helpers tagħna se jduru ukoll fil-parroċċa biex jiġbru xi preserves biex jinbiegħu.
Infakkarkom li ħdejn in-niċċa tal-Madonna hemm formoli li intom tistgħu tieħdu magħkom u tiktbu t-talb tagħkom lil Madonna biex intellgħuhom magħna ġewwa Franza, fl-okkazjoni tal-anniversarju tal-Midalja Mirakoluza, f’Novembru li gej u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju taghha.
Nhar il-Ħadd li ġej huwa JUM IL-MISSJONI u għalhekk il-ġbir imur kollu għall-bzonnijiet tal-Missjoni.
Nitolbu għal ruħ May Cremona, Josephine Orsini u Maria Zahra li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.