Infakkrukom li matul Ottubru, kuljum, fis-6.00pm jintalab ir-rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u tingħata l-barka Sagramentali qabel il-quddiesa.
Nhar it-Tlieta 7 t’Ottubru hija l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Noffru dan ix-xahar skont ix-xewqa tal-Papa biex nitolbu kuljum ir-rużarju u noffruh għall-Paci fid-dinja.
Nhar il-Ġimgħa ser isir l-ewwel ftira night għal din is-sena. Permezz tal-ftira night inkunu qed ngħinu l-festa titulari. Biljetti mingħand il-helpers.
Fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Dawk li għandhom xi pjanti, preserves u oġġetti oħra li jistgħu jagħtuhom donazzjoni biex jinbiegħu, napprezzaw kull għajnuna. Il-helpers tagħna se jduru ukoll fil-parroċċa biex jiġbru xi preserves biex jinbiegħu .
Nitolbu għal ruħ Emanuel Sultana u Mary Zrinzo li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.