Il-Ħadd 28 ta’ Novembru 2021 – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Sena Lituġika Ċ

Avvizi

       

  1. Minn għada t-Tnejn tibda in-novena tal-Immakulata Kuncizzjoni, wara r-Rużarju tingħad il-Kurunella tal-Kunċizzjoni.
  2. Nhar it-Tnejn il-Quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis-6:00 pm (mhux fis-6:30 pm ) u se tkun bis-sehem tat-tfal li jattendu d-duttrina. Ir- rużarju se jingħad fil-5:30 pm
  3. Nhar it-Tlieta il-quddiesa tas-6:30 pm se tkun animata mill-grupp tal-ĠIFRA, Grupp Żgħażagħ Franġiskani.
  4. Nhar l-Erbgħa fil-quddiesa tat-8:15 am se jkunu mistiedna l-anzjani tal-parroċċa. Wara l-quddiesa taħdita fuq il-Madonna fis-Sala Dun Manwel.
  5. Nhar Il-Ħamis  il-quddiesa tas-6:30 pm se tkun animata mill-Mixja Neokatekumenali.
  6. Nhar Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ikun Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  7. Nhar is-Sibt huwa t-Tieni Ħadd tal-Avvent. Fis-5:45 pm rużarju u L-Ewwel Għasar kantat fis-6:10 pm. Wara l–quddiesa ser isir Akkademja Mużikali mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni sabiex jitfakkar il-100 sena mid-devozjoni lejn Marija Immakulata fil-Ħamrun u se jieħu sehem il-kor Parrokkjali. Kulħadd mistieden. Il-ġabra waqt il-kunċert tas-Sibt se tmur għad-Dar tal-Providenza.
  8. Nhar il-Ħadd li ġej, fil-quddiesa tad-9:30 am issir il-vestizzjoni tal-abbatini.
  9. Fl-Okkażżjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni se norganiżżaw katina ta’ rużarju mid-djar tagħna fil-jum tal-festa fit-8 ta’ Diċembru.  Dawk li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu jagħtu isimhom u l-ħin fis-sagrisitja. Nitolbu biex Marija Immakulata tħares u tipproteġi lill-Parroċċa u d-dinja kollha f’din il-pandemija.
  10. Nitolbu għall-erwieħ ta’ Antonia Xuereb, Joseph Francica u Concetta Caruana . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 25 ta’ Lulju 2021 – Is-Sbagħtax-il Ħadd matul is-sena B

 Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  1. Il-ġabra bl-envelops għall-festa laħqet is-somma ta’  €3,845 filwat li l-ġabra speċjali f’Jum il-festa laħqet is-somma ta’ €820. Nirringrazzjaw lil kulħadd.                            
  2. Infakkrukom li l-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa.

Il-Ħadd 27 ta’ Ġunju 2021 – It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena B

 Avviżi

  1. Illum fit – 8.00 a.m. Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr bis-Sehem tal-membri tal-Kumitat tal-Ħamrun Spartans. Fil- 11.00 a.m. Quddiesa mill-Eċċellenza tiegħu Monsinjur Joseph Galea Curmi, Vigarju Ġenerali, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 17-il tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna.  Fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. Kurunella . Fis- 6.30 p.m. Quddiesa bis-sehem tan-nanniet tal-Parroċċa li fiha se jigi amministrat is-Sagrament tal-Magħmudija.
  2. Nhar it-Tnejn  hu Jum it-tfal u l-abbatini. Fis-6.00 pm rużarju meditat. Fis-6.30 pm jkollna l-quddiesa mmexxija minn  Dun Peter Paul Sultana.
  3. Nhar it-Tlieta Solennita’ ta’ San Pietru u San Pawl.  6.00 p.m. Rużarju meditat Kurunella..6.30 p.m. Quddiesa mill-Wisq Reverendu Monsinjur Dun Joe Bajada – b’suffraġju tal-erwieħ ta’ ħutna minn din il-Parroċċa li mietu mill-festa tas-sena l-oħra sal-festa ta’ din is-sena. Wara l-quddiesa issir it-talba tal-Kumpieta kantata li biha l-Knisja tagħlaq il-ġurnata liturġika.
  4. Nhar l-Erbgħa hu Jum il-Komunità u l-Ewwel Jum ta’ Tridu. Fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.30 pm quddiesa mmexxija mill-Wisq Rev. Gwardjan Patri Joseph Magro u animata mill-Grupp Gifra. Nistiednu b’mod speċjali lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu sehemhom b’xi mod fil-parroċċa, kif ukoll lill-membri tal-għaqdiet u l-movimenti. Wara l-quddiesa fil-jiem tat-tridu nagħlqu bil-Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Il-ġabra tal-quddies ta’ fil-għaxija tmur għad-Dar tal-Providenza.
  5. Nhar Il-Ħamis: IT-TIENI JUM TAT-TRIDU – Jum il-Vokazzjonijiet.  6.00 p.m. Rużarju meditat. Fis-6.30 p.m. quddiesa immexxija minn  Wisq Reverendu Dun Charles Bugeja. Mistiedna speċjali, is-Sorijiet fil-Ħamrun fosthom is-Sorijiet Franġiskani Missjunarji Tal-Qalb Bla Tebgħa Ta’ Marija, Little Sisters of the Poor, Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu’. 7.00 p.m. Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat. Wara Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.
  6. Nhar il-Ġimgħa huwa Jum il-Familja fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. 6.30 p.m. Quddiesa minn Patri Marcellino Micallef (OFM) . Huma mistiedna dawk kollha li għandhom l-anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll dawk li kellhom tarbija matul din is-sena biex jippreżentawha lill-Madonna,  kif ukoll residenti ġodda fil-Parroċċa tagħna.   Wara l-quddiesa Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.
  7. Is-Sibt, Lejliet il-Festa. Fit-8.15 am quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Fis-6.00 p.m rużarju meditat Fis-6.30 p.m quddiesa bit-talba tal-Għasar. Imexxi il-Kappillan Dun Mario Mifsud . Fid-9.00 p.m. Rużarju meditat. Fid-9.30 p.m. Niċċcelebraw il-Vġili tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni li jinkludi l-Uffiċċju tal-Qari u tlett kantiċi kantati, tal-Vanġelu tal-Festa u kant tat-Te Deum.
  8. Il-Ħadd, Jum il-Festa. Il-quddies se jkun fil-ħinijiet tas-soltu. Inħeġġukom biex tattendu għall-quddiesa tal-Festa li tkun fid-9.30 a.m.  iċċelebrata mis-Saċerdot Novell Dun Joshua Cortis mill-Parroċċa ta’ San Gejtanu. Din hija l-quddiesa prinċipali tal-festa.  Filgħaxija, 6.00 p.m. Rużarju meditat. 6.30 p.m. Quddiesa bil-kant tat-Tieni Għasar mill-W.R. Kappillan Dun Mario Mifsud. Wara l-quddiesa issir tislima lill-Immakulata Kunċizzjoni, tingħad it-talba Parrokkjali, titkanta l-Antifona,  tingħata l-Barka Sagramentali u ċ-ċelebrazzjoni tagħlaq bil-kant tal-Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.
  9. Nhar it-Tnejn, 8 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ Radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.
  10. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li bagħatu l-envelopes bil-kontribuzzjoni għall-festa, infakkru lil dawk li għadhom ma bagħatuhx sabiex iġibuh fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
  11. Infakkru li kulhadd jista’ jagħtu donazzjoni għall-fjuri li tista’ tasal fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.
  12. Ħdejn il-bieb ta’ barra għandna kopji tal-Flimkien tax-xahar ta’ Lulju li qed jerġa’ jigi ipprintjat wara assenza ta’ ħmistax-il-xahar. Nissuġġerixxu lil kull familja sabiex tieħu kopja għaliha u, jekk tista’ twassal xi kopja lil xi anjani li ma joħorġux.

Il-Ħadd 20 ta’ Ġunju 2021 – It-Tnax-il Ħadd matul is-Sena B

 Avviżi

  1. Nhar it-Tnejn fis-7.00 pm laqgħa fil-knisja għall-ġenituri u parrini tal-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma nhar il-Ħadd li ġej. Dak inhar ukoll se ntellgħu il-polza.
  2. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għall-programm tal-festa. Fit-8.15 am Quddiesa bit-talba ta’ Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. Fis-6.00 p.m. Rużarju meditat minn gruppi differenti tal-Festa. Kurunella u fis-6.30 p.m. Quddiesa mill-Wisq Reverendu Monsinjur Dun Ġużepp Mifsud Bonniċi. Din il-quddiesa tkun animata minn band taż-żgħażagħ mmexxija minn Daniel Mangion. Fis- 7.00 p.m. ADORAZZJONI EWKARISTIKA.
  3. Nhar il-Ġimgħa jkun Jum l-anzjani. Fis- 6.00 pm rużarju meditat, kurunella u quddiesa minn Patri Christopher Farrugia OFM. Wara tingħatha tifkira lill-anzjani. Min jixtieq trasport iħalli ismu fl-uffiċċju parrokkjali.
  4. Nhar il-Ġimgħa wkoll fis-7.30 pm ikun hawn il-prova tal-Griżma fil-knisja.
  5. Nhar Is-Sibt, 5.45 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Kantata Marjana mill-Kor Parrokkjali b’għażla ta’ innijiet Marjani. Fis- 6.30 p.m. Quddiesa mill-W. R. Mons Dun Hector Scerri. Mistiedna speċjali r-Reffiegħa tal-Vara.
  6. Nhar Il-Ħadd, fit-8.00 a.m. Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr bis-Sehem tal-membri tal-Kumitat tal-Ħamrun Spartans. Fil- 11.00 a.m. Quddiesa mill-Eċċellenza tiegħu Monsinjur Joseph Galea Curmi, Vigarju Ġenerali, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 17-il tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna.  Fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. Kurunella. Fis- 6.30 p.m. Quddiesa bis-sehem tan-nanniet tal-Parroċċa li fiha se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Magħmudija.
  7. Nitolbu għal ruħ Louis Parnis  li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  8. Illum Jum il-Missier għalhekk nawguraw lill-missirijiet kollha. Lill-missirijiet preżenti se tingħatalhom tifkira.
  9. Qegħdin niġbru donazzjonijiet għall-fjuri tal-festa. Għal kull donazzjoni jitwaħħal biljett man-notice board fil-knisja.
  10. Fil-weekend li ġej ser issir il-Ġabra tal-Papa biex Papa Franġisku jkun jista’ jgħin lil dawk milqutin minn gwerrer, diżastri jew emerġenzi.

Il-Ħadd 13 ta’ Ġunju 2021 – Il Ħdax-il Ħadd matul is-Sena B

                                                             Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni filgħaxija wara l-quddiesa tas-6.30 p.m.
  2. Bħala parti mill-programm tal-festa nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju se jkun Jum l-anzjani. Għalhekk l-anzjani huma mistiedna li jattendu għall-quddiesa tas-6.30 pm. Min jixtieq trasport iħalli ismu fl-uffiċċju parrokkjali.
  3. Matul il-Ġimgħa se nqassmu l-programm tal-Festa Interna tal-Parroċċa. Se nibgħatu wkoll envelop sabiex dawk li jixtiequ jkunu jistgħu jagħtu donazzjoni għall-ispejjez tal-festa ta’ gewwa. Dawn jistgħu jitwasslu l-uffiċċju parrokkjali, fil-letter-box tal-Uffiċċju jew fis-sagristija.
  4. Nitolbu għal Carmen Farrugia li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …..

Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju 2021 – Corpus Christi

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Tal-Ħniena Divina wara l-quddiesa tat-8.15 a.m. u filgħaxija wara l-quddiesa tas-6.30 p.m. ikollna l-adorazzjoni.
  2. Fil-ġranet li ġejjin se nqassmu il-programm tal-festa. Miegħu ser issibu l-envelop għad-donazzjoni tagħkom għall-ispejjeż tal-festa. Għalkemm il-festa se tkun ta’ ġewwa biss xorta hemm spejjeż mhux tas-soltu bħall-orkestra u l-fjuri. Għalhekk nitolbukom li tkunu ġenerużi. L-Envelops mhux ser jinġabru imma ġibuhom intom jew il-knisja jew fl-uffiċċju parrokkjali . Min għandu xi diffikultà biex iwassal id-donazzjoni tiegħu iċemplilna u niġu għaliha aħna jew jibagħtuha ma’ persuna ta’ fiduċja.
  3. Nitolbu għal Carmen Azzopardi li mietet matul din il-gimgħa. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 30 ta’ Mejju 2021 – Solennita’ Trinita’ Qaddisa

AVVIZI

  1. Minn nhar it-Tnejn nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika bi tħejjija għall-Festa ta’ Corpus Christi li se niċċelebraw il-Ħadd li ġej, għalhekk matul din il-ġimgħa mit-Tnejn sas-Sibt se jkun hawn adorazzjoni kuljum wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Inħeġġukom li min jista’ jattendi jekk mhux kuljum imqar f’xi ġurnata minnhom. Matul din il-ġimgħa il-kappella tal-adorazzjoni tingħalaq fis-7 pm.
  2. Nhar is-Sibt fis-6.10 pm L-Ewwel Għasar ta’ Corpus Christi bis-sehem tal-kor Parrokkjali. Fis-6.30 pm quddiesa u wara adorazzjoni.
  3. Nhar il-Ħadd Festa Solenni ta’ Corpus fis-6.10 pm it-Tieni Għasar bis-sehem tal-kor Parrokkjali, Fis-6.30 pm  quddiesa solenni u wara Barka Sagramentali. Dak inhar inħeġġu l-ġenituri biex iġibu t-tfal li għamlu l-ewwel tqarbina.
  4. Infakkrukom li l-Ħadd li ġej nagħmlu l-ġabra speċjai għall-Festa li se tiġi ċċelebratha fl-4 ta’ Lulju. Il-programm tal-Festa se jkun fil-knisja biss u jibda mill-24 ta’ Ġunju. Aktar il-quddiem se nqassmu programm tal-festa lil kulħadd.
  5. Nitolbu għal ruħ George  Galea u Susanna Bartolo li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem.
  6. Ġejna mitlubin mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika sabiex niġbru d-dettalji ta’ dawk li qed isibu xi diffikulta’ sabiex jirreġistraw għat-tilqima tal-vaċċin. Għalhekk dawk li jixtiequ jistgħu jiġi l-uffiċċju parrokkjali it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn id-9.00 am u l-10.00 am u kemm jagħtuna d-dettalji pesonali tagħhom u numru ta’ kuntatt. Aħna mbagħad ngħadduhom lid-dipartiment tas-Saħħa li jieħdu ħsieb huma stess li jikkuntattjaw lin-nies.