Avviżi – Il-Ħadd 25 ta’ Jannar 2026

It-Tielet Ħadd matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

  1. llum fil-quddiesa tad-9.00 am, se jkun magħna l-ET Mons. Isqof Henry Balzan li bħalissa jinsab Malta. Nilqugħ fostna u nattendu għal din il-quddiesa biex nitolbu għalih u flimkien miegħu.

  2. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel fid-8.45 am. Il-Kelliema se tkun is-Sinjorina Bernardette Briffa mill-Caritas.

  3. Nhar il-Ħamis 29 ta’ Jannar, se ssir laqgħa fil-Museum tas-subien fi Triq Barth għall-genituri tat-tfal subien u bniet li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Novembru li ġej fil-Parroċċa tagħna. Jekk diġa intagħżel Parrinu jew Parrina, jattendi għal-laqgħa ukoll.  Din hija l-ewwel laqgħa li qegħda ssir u hija obbligatorja.

  4. Nhar it-Tlieta 3 ta’ Frar iċ-Ċentru tal-Anzjani se jorganizza Buffet Breakfast f’lukanda il-Qawra. Ikun hemm ukoll il-quddiesa . Biljetti mill-uffiċċju parrokkjali jew mingħand il-helpers.

  5. Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena, fil-31 ta’ Mejju li ġej għandhom jiġu jirreġistrawhom fil-ġranet tal-Uffiċċju, jiġifieri it-Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Għandhom jiġu kemm l-Omm u kemm il-Missier. Magħkom tridu ġġibu iċ-ċertifikat il-kbir tat-twelid, u jekk ma jkunux joqogħdu fil-Parroċċa tagħna, iridu wkoll ċertifikat tal-magħmudija u permess mill-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Parroċċa oħra.  Ma nħallux għal aħħar.

  6. Inħeġġeġ ukoll lill-ġenituri taż-żgħażagħ li se jagħmlu l-Griżma din is-sena fil-Parroċċa tagħna f’Novembru li ġej, biex jiġu jirreġistraw lil uliedhom.  Għar-reġistrazzjoni għandhom bżonn iġibu magħhom: ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna),  ċertifikat tat-twelid il-kbir u permess tal-Parrini mingħand il-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom. Possibilment jiġu ż-żewġ ġenituri flimkien biex jiffirmaw il-formola.  Infakkar li jien inkun l-uffiċċju nhar ta’ Tnejn mid-9.00 am il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm il quddiem.

  7. Nixtieq navża li matul din il-ġimgħa li ġejja, jiena, flimkien mal-Kappillani, se nkunu qed nagħmlu l-irtir tas-sena ġewwa Għawdex. Għalhekk miniex se nkun l-Uffiċċju matul din il-ġimgħa.  L-uffiċċju xorta jkun miftuħ it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa mid-9.00 am sal 11.00 am . Ikun hawn is-segretarja.

  8. Din il-ġimgħa daħlu €800 f’donazzjonijiet għall-proġett tal-lift. Grazzi mill-qalb lil kulħadd.

  9. Nitolbu għal ruħ Ġorġa Abela, Martina Borg u Saviour Fenech  li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem,

  10.  

Tags: No tags

Comments are closed.