Avviżi – Il-Ħadd 18 ta’ Jannar 2026

It-Tieni Ħadd matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

  1. Nhar il-Ħamis jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  2. Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena, fil-31 ta’ Mejju li ġej għandhom jiġu jirreġistrawhom fil-ġranet tal-Uffiċċju, jiġifieri it-Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Għandhom jiġu kemm l-Omm u kemm il-Missier. Magħkom tridu ġġibu ċ-ċertifikat il-kbir tat-twelid, u jekk ma jkunux joqgħodu fil-Parroċċa tagħna, iridu wkoll ċertifikat tal-magħmudija u permess mill-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Parroċċa oħra. Ma nħallux għal aħħar.

  3. Inħeġġeġ ukoll lill-ġenituri taż-żgħażagħ li se jagħmlu l-Griżma din is-sena fil-Parroċċa tagħna f’Novembru li ġej, biex jiġu jirreġistraw lil uliedhom. Għar-reġistrazzjoni għandhom bżonn iġibu magħhom: ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna), ċertifikat tat-twelid il-kbir u permess tal-Parrini mingħand il-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom. Possibilment jiġu ż-żewġ ġenituri flimkien biex jiffirmaw il-formola. Infakkar li jien inkun l-uffiċċju nhar ta’ Tnejn mid-9am il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30pm il quddiem.

  4. Bħalissa hawn fostna l-ET Mons. Isqof Henry Balzan. Huwa se jkun qed iqaddes il-quddiesa tad-9.30 am nhar il-Ħadd li ġej 25 ta’ Jannar. Nistedinkom tattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni u nilqgħuh fostna.

  5. Nitolbu għal ruħ Rita Farrugia u Phyllis Borg li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

     

Tags: No tags

Comments are closed.