Il-Ħadd 30 ta’ Settembru 2018 – Is-Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B

1. Ix-xahar t’ Ottubru huwa ix-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa minn għada t-Tnejn ir-rużarju jibda jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.15 am u wara l-quddiesa tas-6.30 pm għal matul ix-xahar ta’ Ottubru.

2. Nhar l-Erbgħa se ssir l-ewwel laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.

3. Nhar il-Ħamis fil-quddiesa tas-6.30 pm nagħtu bidu għal sena oħra ta’ ħidma pastorali. Inħeġġu speċjalment lil membri tal-Kummissjonijiet u għaqdiet tal-parroċċa u lajċi impenjati biex jattendu, biex flimkien nitolbu l-barka ta’ Alla fuq il-ħidma pastorali li se nwettqu matul din is-sena. Wara se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-Sala Dun Manwel. Ir-rużarju se jingħad fis-6.00 pm.

4. Nhar il- Ġimgħa il-Caritas se torganizza quddiesa għall-anzjani fil-knisja Parrokkjali tal-Mosta. Iċ-Ċentru ta’ l-anzjani tal-parroċċa se jorganizzaw trasport għal din il-quddiesa u wara ssir attivita’ soċjali. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.30 am.

5. Nhar il-Ġimgħa hija wkoll il-Festa ta’ Santa Faustina, ir-rużarju se jingħad fis-6.00 pm. Wara l-quddiesa se ssir adorazzjoni animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.

6. Minn din il-ġimgħa se jibda jsir il-ġbir tal-preserves għall-bazaar tal-parroċċa li se jsir fl-aħħar ta’ Ottubru. Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom.

7. Il-Ġabra għall-Art Imqaddsa ammontat għal € 735. Nirringrazzjaw lil kulħadd.

8. Bħalissa qed jinħass nuqqas ta’ volontiera għat-tindif tal-knisja. Infakkru li t-tindif isir il-Ġimgha fid-9.00 am u napprezzaw ħafna jekk hawn min jista joffri xi ftit tal-ħin fil-ġimgħa.

9. Nitolbu għal ruħ Alfred Borg li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

10 Matul din is-sena sa Marzu li ġej il-Papa nieda sena tal-Ġublew ta’ San Alwigi Gonzaga f’għeluq l-450 sena mit-twelid tiegħu, fejn f’Malta tista’ tintrebaħ l-Indulgenza Plenarja fil-Kappella tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, fil-Knisja ta’ Sarria, Floriana u l-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija.

Tags: No tags

Add a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *