Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu – Corpus Christi
– Sena Liturġika A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Illejla l-ĦADD Fil-5.30 pm nitolbu bis-Salmi u l-quddiesa se tkun fis-6.00 pm. Wara l-quddiesa toħroġ il-purċissjoni li se tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Vitale, Dun Edgar Vella, Duluri, Maitland, Ferrovija, Duluri u Manwel Magri sal-knisja. Fil Knisja tingħata l-barka. Navżaw in-nies li jogħqodu fit-toroq minn fejn se tgħaddi il-purċissjoni biex ikunu mħejjija biex jilqgħu l-Ewkaristija. Waqt il-purcissjoni se jsir it-tqarbin lil morda li joqogħdu f’dawn it-toroq.
- Din Il-ġimgħa nkompli t-tberik tal-Familji:
It-Tnejn Pjazza Kappillan Muscat
U b’hekk nkunu berikna it-toroq kollha tal-parroċċa. Dawk li jixtiequ li nberkulhom u ma sibnihomx id-dar jagħmlu appuntament mal-kappillan.
3. Nhar it-Tlieta se jsir coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9.00 am u il-Ħamis se sssir ftira Night fis-7 pm . Biljetti mingħand il-helpers.
4. Is-Superjur tal-Muzew jixtieq javża li minn għada t-Tnejn 12 ta’ Ġunju se ssir ĠIMGĦA TA’ TAGĦLIM mis-Soċjetà tal-Museum fil-Ħamrun fis-7.15 pm ħdejn il-knisja tas-Samra fi Triq Atocia. Minħabba li hi ftit il-bogħod se jipprovdu trasport b’xejn li jitlaq minn ħdejn il-Knisja tagħna fis-6.55 pm, jiġifieri eżatt wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
5. Nhar il-Ġimgħa hija l-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu. Wara l-Quddiesa se ssir l-adorazzjoni.
6. Nhar il-Ħadd 18 ta’ Ġunju, se tiġi ċċelebrata l-festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ fil-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu. Fis-6.00 pm se issir quddiesa u wara purċissjoni.
7. Minn din il-ġimgħa se jibdew jitqassmu il-programmi tal-festa li se tkun fit-2 ta’ Lulju. Nitlobkom biex tħarsu lejhom u taraw id-diversi okkażjonijiet sbieħ li jsiru matul in-Novena. Nieħdu sehem fihom għaliex l-isbaħ tiżjin tal-Knisja huwa l-preżenza tagħna. Nieħdu sehem kemm nistgħu biex nagħmlu festa sabiħa. Magħhom ukoll se ssibu lotterija li tibgħatuha fl-envelop flimkien mad-donazzjoni tagħkom. L-envelops se jinġabru mid-djar minn persuni awtorizzati minni. Dawn se jkollhom tag li turi li qed jiġbru f’isem il-Parroċċa. Tistgħu ukoll tibgħatuhom ma’ persuna tal-fiducja tagħkom jew impustawh l-uffiċċju Parrokkjali.
8. Nhar it-Tlieta 20 ta’ Ġunju se ssir żjara lid-Dar tal-Kleru Birkirkara, fejn jgħixu saċerdoti u patrijiet anzjani u morda, fejn se ssir quddiesa u adorazzjoni u nżuru lis-saċerdoti li jgħixu hemmhekk. Min jixtieq jiġi javża fl-uffiċċju parrokkjali jew lil Christine fuq 21240092.
Nitolbu għal ruħ Gaetano Spiteri li miet matul din il-ġimgħa. Agħtiħ O Mulej il-mistrieħ ta dejjem.