Avviżi – Il-Ħadd 9 t’Awwissu 2026

Id-dsatax-il Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Illum qed tiġi ċċebrata l-festa ta’ San Gejtanu. Nawguraw minn qalbna lill-Arċipriet Dun Walter, is-Saċerdoti u l-Parruċċani kollha, li din il-festa tħalli ġid spiritwali.

2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija.

3. Nhar Is-Sibt hija s-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija. Infakkru li hija festa bl-obbligu tal-quddies. Il-Quddiesa tal-Ġimgħa filgħaxija u l-ġurnata tas-Sibt ha jkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.

4. Nhar il-Ħadd jaħbat it-63 sena minn mindu infetħet il-Knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa mmexxija mill-ET Mons. Isqof Emanuel Galea. Għalhekk ikun xieraq li nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li sar f’din il-Knisja matul is-snin u nitolbu li l-Parroċċa tagħna tkun komunita’ ħajja ta’ fidi.

5. Fuq in-noticeboards għandkom issibu l-ħinijiet u l-ġranet tal-Museum bniet li se jibdew it-Tnejn 5 t’Ottubru. Dawk li se jibdew l-ewwel sena tal-preċett nitlobhom jiġu l-uffiċju biex jirreġistraw lit-tfal. Magħkom ġibu ċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir. Grazzi.

6. Nitolbu għal ruħ Evelyn Mizzi, Antonio Borg, u Guza Cacciatolo li l-Mulej sejjħilhom għal għandu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.