Avviżi – Il-Ħadd 8 ta’ Ġunju 2025

Solennita’ Għid il-Ħamsin

Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

  1. Infakkru lil dawk li ġejjin magħna nhar it-Tlieta il-Mellieħa biex ikunu fejn il-knisja fid-8.45 am biex nitilqu fid-9am.                  

2. Nhar l-Erbgħa ser issir il-Quddiesa ta’ Liberazzjoni fil-Knisja tagħna. Hija quddiesa li fiha nitolbu għall-Ħelsien tagħna nfusna u tal-għeżież tagħna, minn kull irbit mall-ħażin. Dak in-nhar jingħaqdu magħna l-Eżorċisti u saċerdoti oħra biex nitolbu fuq kull min ikun preżenti. Nibdew fis-6.30 pm.

3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

4. Nhar il-Ġimgħa ser issir l-aħħar ftira night b’risq il-festa. Din tkun fis-7pm fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

5. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30 am ser isir l-Ewwel Tqarbina lil 14-il tifel u tifla mill -parroċċa tagħna. Nżommuhom fit-talb tagħna.

Dak in-nhar ukoll huwa JUM IL-MISSIER. Għalhekk fil-quddiesa se nitolbu għall- irġiel kollha. Nitolbu wkoll għall-Missirijiet mejtin.

6. Fil-ġranet li ġejjin se jibda jitqassam ukoll il-programm tal-festa li se tkun fit-6 ta’ Lulju. Nitlobkom biex tħarsu lejh u taraw id-diversi okkażjonijiet sbieħ li jsiru matul in-Novena. Nieħdu sehem fihom għaliex l-isbaħ tiżjin tal-Knisja huwa l-preżenza tagħna. Magħhom ukoll se ssibu lotterija li tibgħatuha fl-envelope flimkien mad-donazzjoni tagħkom. L-envelopes se jinġabru mid-djar minn persuni awtorizzati minni (mill-Kappillan). Dawn se jkollhom tag li turi li qed jiġbru f’isem il-Parroċċa. Tistħħu ukoll tibgħatuhom ma’ persuna tal-fiducja tagħkom jew impustawħ l-uffiċċju Parrokkjali.

Tags: No tags

Comments are closed.