Avviżi – Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju 2026

Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej

Corpus Christi

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Nfakkrukom li illejla fis- 5.45pm: Kant tat-Tieni Għasar. Fis-6.30pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni b’Ġesu’ Ewkaristija. Inħeġġeġ lit-tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina biex jieħdu sehem. Il-Purċissjoni se tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Kappillan Mifsud, Pjazza Kappillan Muscat, Wenzu Mallia, Liceo, Roger Debattista, Tram, Triq Kappillan Mifsud, Monsinjur de Piro, Villambrosa, Manwel Magri sal-Parroċċa. Nispiċċaw fil-knisja fejn tingħata Barka Sagramentali. L-anzjani u l-morda li soltu jitqarbnu d-dar, u li joqogħdu fit-toroq minn fejn se tgħaddi l-purċissjoni, se jirċievu tqarbina hekk kif ikun għaddej is-Sagrament minn quddiemhom.

2. Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Ġunju se ssir il-quddiesa ta’ Liberazzjoni bis-sehem tal-Eżorċisti. F’din iċ-ċelebrazzjoni isir talb fuq kull min ikun preżenti u nitolbu lkoll għall-ħelsien u l-protezzjoni tagħna nfusna u tal-għeżież tagħna. Nibdew fis-6.30pm.

3. Qed jiġi organizzat Buffet Breakfast f’lukanda il-Qawra b’risq il-festa nhar l-Erbgħa li ġej . Għad fadal xi postijiet. Dawk li jixtiequ jiġu jinkitbu fis-sagristija jew l-uffiċċju parrokkjali sa għada Tnejn. Se nibdew bil-quddiesa. Ninġabru fejn il-knisja fit-8.30am. Niġu lura għal xi 1pm.

4. L-Erbgħa 17 ta’ Ġunju ser issir adorazzjoni mis-Sur Edward Spiteri flimkien miegħi.

5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fis-6pm qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija.

6. Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju ser isir l-aħħar ftira night b’risq il-festa. Din tkun fis-7pm fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

7. Iż-zgħażagħ tal-Mixja Neokatekumenali qed jorganizzaw Lejl Tombla bħala fundraising biex jinġabru fondi għall-pellegrinaġġ li ż-żgħażagħ se jagħmlu fis-sajf. Kull min hu nteressat jista’ jċempel fuq: 99664511. Din l-attivita’ se ssir nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju barra l-Katekumenju. Se jingħata ikel u xorb u rigali għall-prezz ta’ Euro7. Min jipparteċipa ikun qed jgħin liż-zgħazagħ biex jieħdu sehem fil-pellegrinaġġ li se jsir fis-sajf li ġej.

8. Issa li l-festa tinsab fil-qrib se jibda’ jitqassam ukoll il-programm fid-djar Nitlobkom biex tħarsu lejh u taraw id-diversi okkażjonijiet sbieħ li jsiru matul in-Novena. Nieħdu sehem fihom għaliex l-isbaħ tiżjin tal-Knisja huwa l-preżenza tagħna. Magħhom ukoll se ssibu lotterija li tibgħatuha fl-envelope flimkien mad-donazzjoni tagħkom. L-envelopes se jinġabru mid-djar minn persuni awtorizzati mill-Kappillan. Dawn se jkollhom tag li turi li qed jiġbru f’isem il-Parroċċa. Tistgħu ukoll tibgħatuhom ma’ persuna tal-fiducja tagħkom jew impustawħ l-uffiċċju Parrokkjali. Dawk li mhumiex mill-Parroċċa jistgħu jieħdu programm minn fuq il-mejda li hemm ħdejn il-bieb il-kbir tal-Knisja.

Tags: No tags

Comments are closed.