1. Illum il-Ħadd, Jum il-Festa Titulari. Fit-8.30 am: Quddiesa Solenni tal-Festa ċċelebrata minn Mons. Carmelo Refalo. KULĦADD IMĦEĠĠEĠ JATTENDI GĦAL DIN IL-QUDDIESA PRINĊIPALI TAL-FESTA.
Għal dak in-nhar biss issir il-quddiesa 11.00 am minn Dun Walter Cauchi, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu.
Filgħaxija fil-5.30 pm: It-talb tas-Salmi. Fis-6.00 pm quddiesa ċċelebrata mill-Kanonku Ivan Aquilina u animata mil-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann taħt id-direzzjoni tas-Surmast Ray Storace.
Fis-7.30 p.m. Purċissjoni bil-vara devota ta’ Marija. Nitolbukom biex nikkoperaw mal-Pulizija u f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi pparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni ser nitolbu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kulħadd jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien it-talba tant għażiża għal Ommna Marija.
10.00 pm: Tislima lill-Madonna ħdejn il-Każin tal-Banda. Talba lill-Madonna mill-Kappillan. Wara nimxu bix-xemgħat f’idejna u bil-kant tal-Ave Maria. Nassistu għad-dħul tax-xbieha tal-Madonna fil-Knisja. Wara, Antifona, Barka u Innu Popolari.
2. Nhar it-Tnejn, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.
3. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Lulju fit-8.00 pm se jkun hawn l-adorazzjoni mmexxija mis-Sur Edward Spiteri.
4. Nitolbu għal ruħ Angela Mallia li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
5. Nixtieq navżakom li wara l-festa l-Uffiċċju Parrokkjali jerġa’ jkun miftuħ il-Ġimgħa 18 ta’ Lulju fl-4.30 pm.