1. Issa li għaddiet il-festa, nixtieq minn qalbi nirringrazzja lilkom ilkoll għall-mod sabiħ li bih iċċelebrajnieha. Grazzi wkoll għall-għajnuna kollha li offrejtu għall-ispejjez tal-festa. Il-festa ġiet imħallsa kollha u se nkun qed nagħti rendikont tad-dħul u spejjeż li kellna. Grazzi mill-qalb lil kulħadd.
2. Kif kont ħabbartilkom, bħalissa għaddej xogħol minn naħa tal-Perit biex inġibu l-permessi ħalli jsir lift fis-sala Parrokkjali u fuq il-bejt tas-sala. Jidher li l-affarijiet mexjin u nittamaw li ma ndumux ma jkollna l-permessi f’idejna biex jibda’ jsir ix-xogħol.
3. Nagħmel appell biex fil-knisja niġu liebsin kif jixraq fid-dar ta’ Alla. Is-sħana tagħmel b’kulħadd, imma għal grazzja t’Alla, fil-knisja tagħna għandna l-AC li għandhom jgħinuna biex inkunu komdi waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tagħna. Grazzi tal-Koperazzjoni tagħkom.
4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.