Avviżi – Il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2025

It-Tieni Ħadd matul is-Sena 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar il-Ħamis jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika  wara il-quddiesa tas-6.30 filgħaxija.

  2. Nhar l-Erbgħa filgħodu fid-9 am se jiġi organizzat coffee morning fis-sala fuq. Biljetti mingħand il-helpers.

  3. Nhar l-Erbgħa li ġej se ssir Adorazzoni minni u s-sur Edward Spiteri fid-9.00 pm. Nistedinnkom biex tiġu u nqattgħu ftit ħin mal-Mulej.

  4. Se jsir kors għal kulħadd, imma l-aktar għal dawk li jagħtu servizz bħala animaturi u letturi waqt il-quddiesa u okkażjonijiet oħra. Dan se jsir b’kollaborazzjoni mal-Patrijiet Franġiskani.  Se jibda jkun kull nħar ta’ Ġimgħa fi Frar (7, 14, 21, 28).  Ħin fis-6.30 pm.  Il-kors se jsir minn Fr. Anton Farrugia OFM.

  5. Bħas-sena l-oħra, se jerġa’ jsir kors fil-pittura bil-melħ. Ix-xogħlijiet imbagħad se jiġu esebiti fi-ġimgħa mqaddsa fis-sala Dun Manwel. Dawk li huma nteressati, jistgħu jiġbru formola mis-sagristija biex japplikaw.  Dawk li għamlu l-kors is-sena l-oħra kienu sodisfatti ħafna bix-xogħol u l-esibizzjoni li saru.  Il-kors se jingħata minn Bro. Charles Azzopardi Kapuċċin li għandu esperjenza kbira f’dan il-qasam. Il-kors se jibda’ fl-24 ta’ Frar mill-5.00 pm sas-6.00 pm.

  6. Fis-6 ta’ April se jsir ukoll il-pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ li għandna fil-Knisja tagħna. Dawk kollha li jixtiequ jieħdu seħem fil-pellegrinaġġ, jistgħu ukoll jieħdu formola mis-sagristija. Inħeġġiġkom biex din l-okkazjoni nagħmluha esperjenza sabiħa għalina lkoll billi, mhux biss napprezzaw imma wkoll nieħdu sehem fil-pellegrinaġġ.

  7. Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena, fil-15 ta’ Gunju li ġej għandhom jiġu jirreġistrawhom fil-ġranet tal-Uffiċċju, jiġifieri it-Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Għandhom jiġu kemm l-Omm u kemm il-Missier. Magħkom tridu ġġibu iċ-ċertifikat il-kbir tat-twelid, u jekk ma jkunux joqogħdu fil-Parroċċa tagħna, iridu wkoll ċertifikat tal-magħmudija u permess mill-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Parroċċa oħra.  Ma nħallux għal aħħar.

  8. Inħeġġeġ ukoll lill- ġenituri taż-żgħażagħ li se jagħmlu l-Griżma din is-sena fil-Parroċċa tagħna fid-9 ta’ Novembru li ġej, biex jiġu jirreġistraw lil uliedhom. Għar-reġistrazzjoni għandhom bżonn iġibu magħhom: ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna),  ċertifikat tat-twelid il-kbir u permess tal-Parrini mingħand il-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom. Possibilment jiġu ż-żewġ ġenituri flimkien biex jiffirmaw il-formola.  Infakkar li jien inkun l-uffiċċju nhar ta’ Tnejn mid-9  am il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm il quddiem.

  9. Nitolbu għal ruħ Pauline Borg li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.