Avviżi – Il-Ħadd 15 ta’ Frar 2026

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA: 

  1. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Mqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena.  F’kull quddiesa se jsir it-tberik u tqiegħed tal-irmied. Filgħaxija, fis-6pm, nitolbu l-Via Sagra u fis-6.30pm niċċelebraw quddiesa bis-sehem tal-kor. Wara ser isir talb, fi Triq il-Fatati, quddiem in-niċċa tal-Kurċifiss li din is-sena qed tagħlaq 100 sena. Nistedinnkom biex nibdew din il-mixja tar-Randan, flimkien bħala komunita’. 

  2. Nhar il- Ħamis 19 fis-6pm rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u tingħata l-barka Sagramentali qabel il-quddiesa.

  3. Nhar il-Ġimgħa 20 il-quddiesa se tkun fis-6.00 pm u tkun bis-sehem tat-tfal. Fiha jitqassam il-karus ta’ Mħabba, biex it-tfal ukoll jitrawwmu fil-Karita’ lejn min hu fil-bżonn.  Għalhekk il-Via Sagra tkun fil-5.30 pm.    Dak inhar ukoll se jkun hawn it-talb u adorazzjoni  mmexxija mis-Sur Edward Spiteri, flimkien mall-Kappillan fis-7.30pm

  4. Kull nhar ta’ Sibt, matul ir- Randan, fis-6.00pm, qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija nitolbu bis-Salmi. Nhar is-Sibt it-talb u l-quddiesa tkun bis-sehem tal-kor Parrokkjali.

  5. Bħalma għamilna fis-snin li għaddew, l-Eżerċizzi tar-Randan se jsiru KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA matul ir-Randan,  fil-5.30 pm Nitolbu l-Via Sagra, Fis-6.00pm (mhux fis-6.30pm) il-Quddiesa, wara jsir il-ħsieb, u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Se nibdew mill-Ġimgħa 27 ta’ Frar u l-kelliem se jkun Dun Martin Borg.              Biex nagħtu possibilita’ anki lill-ġenituri ħalli jattendu għall-eżerċizzi, fl-istess ħin, jiġifieri fis-6pm, it-tfal subjien u bniet,  se jiġu għall-quddiesa u wara se jkollhom eżerċizzi għalihom fis-sala Dun Manwel. Wara, jingħaqdu magħna għall-Barka Sagramentali. Tajjeb ngħidu li dawn il-laqgħat huma parti mill-programm tal-Museum u min ma jattendix għalihom, jitqies li kien assenti.

  6. Matul ir-Randan, se nibda’ nagħmel it-tberik tad-djar. Fejn inkun se nbierek, se tkunu avzati minn qabel.  Importanti li intom twaħħlu l-bookmark fid-data indikata fuqha mal-bieb ta’  barra biex inkun naf fejn għandi nhabbat.  Dawk li joqogħdu fil-flats, nitlobhom biex iwaħħlu l-bookmark mal-bieb ta’  barra u fuqha jiktbu wkoll in-numru tal-flat.

  7. It-Tlieta 3 ta Marzu ser isir coffee morning fis-sala Parrokkjali fid-9am. Bookings mingħand il-helpers,

  8. Il-Ħamis 19 ta’ Marzu, jum San Ġużepp u festa pubblika, se nagħmlu pellegrinaġġ għall-Għawdex u se nitilgħu l-għolja tal-Għammar biex nitolbu flimkien il-Via Sagra u jekk ikun temp tajjeb, ssir il-quddiesa fuq l-għolja. Wara nieħdu xi ħaga flimkien. Min jiġi magħna, nitlob li jiġi b’żarbun komdu biex jitla’  fuq il-gholja. Min jixtieq jista jagħtina ismu fis-sagristija jew fl-uffiċċju Parrokkjali. Tluq fis-7.00am. minn quddiem il-Knisja.

  9. Nitolbu għal ruħ Alberto Magno Mallia li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il- mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.