Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2017

It-Tielet Ħadd ta’ Avvent,

Sena B

1. Matul din il-ġimgħa nkomplu bin-novena tal-Milied. Fis-6.00 pm ikun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin Ġesu u ħsieb qasir qabel il-quddiesa.
2. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
3. Nhar il-Ġimgħa il-quddiesa ta’ filgħaxija  tkun bis-sehem tat-tfal tal-Museum u l-ġenituri tagħhom.
4. Il-Ħadd, lejliet il-Milied,  fl-10.30 pm għanjiet mit-tfal. Fil-11.00 pm tibda il-Velja tal-Milied li tinkludi l-prietka tat-tifel. F’nofs il-lejl niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu permezz ta’ Quddiesa Solenni konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.
5. Infakkru li l-parroċċa tixtri kwantità ta’ ponsietti biex inżejnu l-artal għall-ġranet tal-Milied. Min jixtieq jista’ jagħti donazzjoni għal dan l-għan.

6. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru l-Kummissjoni Djakonija qed torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fid-dar ta’ Fra Diegu. Tibda b’quddiesa fid-9.30 a.m., fiha ikun hemm il-prietka tat-tifel li tkun saret fil-parroċċa fil-lejl tal-Milied. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.
7. Wasal “Kliem il-Ħajja” ta’ Jannar – Marzu, għalhekk id-distributuri huma mitluba li jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.
8. Navżaw ukoll li bħalissa qed jinġabru l-envelopes bl-istrina għall-Parroċċa. Napprezzaw ħafna l-għotjiet tagħkom.
9. Nhar it-Tlieta u l-Erbgħa, se jkollna l-Father Christmas li se jqassam ir-rigali lit-tfal tal-Parroċċa. Min irid iwassal ir-rigali tiegħu b’dan il-mod huwa mitlub li jġibhom fis-Sala Dun Manwel sa nhar it-Tnejn bejn il-5.30 pm-8.00pm.
10. Nitolbu għal ruh Frans Mizzi li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 10 ta’ Diċembru

It-Tieni Ħadd ta’ Avvent,

Sena Liturġika B

1. Għada t-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-irġiel, se ssir il-laqgħa għal kulħadd minn Koperatur tal-Museum.
2. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni  Ewkaristika fis-7 pm immexxija mill-Grupp Ħniena Divina.
3. Minn nhar il-Ġimgħa tibda’ n-novena tal-Milied. Fis-6.00 pm ikun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin Ġesu u quddiesa bi ħsieb qasir.
4. Se nixtru kwantità ta’ ponsietti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jagħtu donazzjoni ta’ €3 għal kull ponsjetta.
5. Nhar il-Ġimgħa se jsir Choir Singing mit-tfal, b’risq il-Missjoni fi Pjazza Kappillan Muscat. It-tfal li jixtiequ jieħdu sehem mitlubin jiġu l-Uffiċċju Parrokkjali fl-4.15 pm fejn se jingħataw kostum apposta.
6. Nhar it-Tlieta 19 ta’ Diċembru u l-Erbgħa 20 ta’ Diċembru, se jkollna l-Father Christmas li se jqassam ir-rigali lit-tfal tal-Parroċċa. Min irid iwassal ir-rigali tiegħu b’dan il-mod huwa mitlub li jġibhom fis-Sala Dun Manwel bejn il-11 u t-18 ta’ Diċembru bejn il-5.30 pm-8.00 pm.
7. Mal-fuljett ta’ Diċembru tqassam l-envelope tal-Istrina biex tgħinu fl-ispejjeż tal-Parroċċa. Nirringrazzjawkom għall-ġenorożita tagħkom.
8. Armajna siġra tal-Milied u fiha dendilna 50 dekorazzjoni ikkuluriti li jirrapprezentaw il-50 sena bħala parroċċa. Nixtiequ ninvolvu l-parruċċani, speċjalment it-tfal sabiex inpoġġu xi ħaġa tal-ikel li wara l-Milied se jingħataw lit-tfal tal-Istitut ta’ Fra Diegu. L-ikel jista’ jitħalla f’ qoffa fejn il-bieb tal-Knisja.

9. Nitolbu għal ruh John Portelli u Antonia Tabone li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2017

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent,

Sena B

1. Nhar It-Tnejn fis-6.30 pm ikollna quddiesa animata mil-Kor tal-Parroċċa tal-Qrendi. Nhar it-Tlieta fis-6.30 pm l-quddiesa tkun animata mil-Kor Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien. L-Erbgħa fis-6.30 pm ikollna quddiesa mmexxija minn-Grupp Żgħażagħ ta’ Medjugorie u wara Adorazzjoni Ewkaristika.

2. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa fiċ-Ċentru tal-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.

3. Nhar il-Ħamis, lejliet il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, fil-5.30 pm Rużarju meditat, fis-6.00 pm għasar kantat. Fis-6.30 pm quddiesa bis-sehem tal-Kor.

4. Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru, il-Festa Liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni, wara l-quddiesa tat-8.00 am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tat-Tifħir ta’ sbieh il-Jum  (Lawdi). Fil-5.30 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.00 pm ċelebrazzjoni tal-għasar. Fis-6.30 pm quddiesa Konċelebrata mmexija minn Nunzju l-ġdid L-E.T. Mons. Alessandro D’Errico.

5. Nhar is-Sibt fil-parroċċa ta’ Santa Marija, l-Imġarr, se ssir l-Adorazzjoni ta’ billejl għall-qdusija tal-Kleru. Ikollna trasport li jitlaq minn fejn il-knisja fit-8.15 pm.

6. Navżaw li fis-sajf il-Parroċċa se torganizza Tour fl-Umbria u Loreto. Programmi jistgħu jittieħdu mis-sagristija.

7. Infakkru li għadna kemm lestejna r-restawr tar-Raġġiera tal-Kunċizzjoni li swiet € 2,590. Diġa rċevejna xi donazzjonijiet li jammontaw għal €330. Tkun ħaġa sabiħa jekk matul din il-ġimgħa tagħmlu sforz sabiex tgħinu l-parroċċa tkopri dawn l-ispejjeż.

8. Nitolbu għal ruħ Dorothy Grech li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017

L-Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-sena – Sena A
Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

1. Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni fil-kappella organizzata mill-grupp Talb ta’ San Franġisk fis-7 pm. Kulħadd huwa mistieden.

2. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għan-Novena tal-Festa tal-Kunċizzjoni. Matul in-novena ser ikun hemm Rużarju Meditat u Kurunella fis -6.00 pm u quddiesa bi ħsieb fuq il-Madonna. Dak inhar ukoll se jkun il-bidu tal-programm taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa. Dakinhar il-quddiesa se tkun bis sehem tal-Komunita’ Franġiskana u se tkun animata mill-Korijit tal-Knisja ta’ San Franġisk u l-Kor Parrokkjali.

3. Nhar il-Ħamis il-quddiesa se tkun animata mill-parroċċa ta’ Gwardamanġa.

4. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, fil-qudddiesa ta’ filgħaxija se ssir il-vestizzjoni tal-abbatini.

5. Nhar il-Ħadd huwa ukoll l-ewwel Ħadd ta’ l-Avvent, għalhekk nhar is-Sibt , ir-rużarju jingħad fis-5.45 pm u wara jsir l-għasar. Fis-6.30 pm il-quddiesa.

6. Nhar il-Ħadd huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u ssir il-ġabra speċjali b’risq il-knisja.

7. Għadna kemm irrestawrajna ir-raġġiera tal-Madonna li kellha bżonn ta’ tiswija, restawr u “polishing” apposta. Din ġiet tiswa elfejn ħames mija u disgħin euro (€2,590). Kull kontribuzzjoni tiġi apprezzata.

8. Nhar is-Sibt filgħaxija u matul il-quddies tal-Ħadd li ġej se jsir ċensiment mitlub mill-Kurja Arċiveskovili.