Il-Ħadd 25 ta’ Marzu 2018
Id-Dħul Solenni tal-Mulej f’Ġerusalemm
Ħadd-il Palm
Sena Liturġika B
1. Mit-Tnejn sal-Erbgħa l-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bit-talb tal-għasar. It-Tnejn fis-7 pm jkollna Laqgħa ta’ talb quddiem Ġesu’ Kurċifiss. Fis-7.30 pm se jkollna kunċert ta’ mużika sagra mil-Banda Kunċizzjoni. Kulħadd huwa mistieden.
2. Nhar it-Tlieta se jsir Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Rendentur organizzat mill-parroċċa ta’ San Gejtanu. Il-pellegrinaġġ jitlaq mill-Kappella tal-Museum tal-Blata l-Bajda fis.6.00 pm.
3. Nhar l-Erbgħa, il-Via Sagra se ssir fit-toroq Pawlu Burlo’, Vitale u Dun Edgar Vella fis-5.45 pm. Kulħadd mistieden speċjalment ir-residenti ta’ l-inħawi.
4. Dakinhar ukoll fit-7.30 pm, se ssir Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Arċisqof, fil-Belt Valletta. Fil-knisja tal-patrijiet se jitellgħa mużikal fuq il-passjoni fis- 7.30 pm.
5. Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, filgħodu ma jkunx hawn quddies u kemm il-Knisja kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqa. Fis-6.30 p.m. nagħtu bidu għat-Tridu Qaddis tal-Għid b’Konċelebrazzjoni Solenni li fiha issir iċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn. Fit-8.00 p.m. nagħmlu flimkien il-viżti u fl-10.00 p.m. ikollna siegħa mqaddsa quddiem Ġesu Sagramentat fl-artal ta’ Ripożizzjoni.
6. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira huwa obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fl-10 am.fiċ-Ċentru Soċjali tal-irġiel, issir konferenza fuq il-Passjoni tal-Mulej. Fit-3.00 p.m. tibda l-Azzjoni Liturġika tal-Jum. Il-knisja tiftaħ fis-2.15 pm.
7. Nhar is-Sibt, fit-8.00 p.m tibda’ l-Vġili tal-Għid li fiha niċċelebraw il-misteru tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.
8. F’Jum il-Għid il-Kbir, fil-quddiesa tad-9.30 am ser isir it-tberik tat-tfal u l-figolli.
9. Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-bieb ta’ barra hemm kaxxa apposta sabiex nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna b’risq il-familji fil-bżonn.
10. Nhar it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm, se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġu lil dawk li jistgħu sabiex joffru figolla għalihom u jġibuhom fl-uffiċċju Parrokkjali jew fis-sagristija.
11. Matul din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti fi Triq il-Fatati.
12. Dan il-weekend qed nagħmlu l-Cake sale għal Puttinu Foundation. Fejn il-bieb ta’ barra hemm xi helpers li qegħdin jgħinu billi jbiegħu cakes u figolli li d-dħul kollu minnu se jmur għal din il-kawza sabiħa u mod tajjeb għalina biex nagħmlu karita’ skont il-vanġelu. (Tkun ħaġa sabiħa jekk inħaffulhom ix-xogħol lil dawn il-helpers u nbattlu l-imwejjed li hemm barra l-knisja.)
Il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018
Il-Ħames Ħadd tar-Randan
Sena B
1. Nhar it- Tnejn hija l-festa ta’ San Ġużepp. Għall-quddiesa ta’ filgħaxija huma mistiedna b’ mod speċjali dawk kollha li jisimhom għal San Ġużepp.
2. Nhar l-Erbgħa fis-7.00pm P. Richard Grech OFM se jmexxi laqgħa għall-membri kollha tal-parroċċa speċjalment għall-koppji li attendew l-eżerċizzi tar-randan.
3. Nhar il-Ħamis, lejliet il-festa tad-Duluri, se issir Ċelebrazzjoni Penitenzjali bil-possibbiltà tal-qrar. Mill-5.30 sas-6.15 se jkollna ċelebrazzjoni għat-tfal. Infakkru lit-tfal biex iġibu l-karus ta’ l-imħabba magħhom. Mis-6.15 pm sas-7.00 pm ċelebrazzjoni penitenzjali għal kulħadd .Fis-7.00 pm ikollna l-quddiesa. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu sabiex jersqu għas-sagrament tal-qrar fejn se jkollna numru ta’ saċerdoti disponibbli.
4. Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tad-Duluri. Il-ħinijiet tal-quddies jkunu hekk: fis-6.15; 7.15; 8.15; u quddiesa f’nofsinhar. Filgħaxija jkollna quddiesa fil-5.30 p.m. u wara toħroġ il-Purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri. Kif tidħol l-istatwa fil-Knisja jkollna l-aħħar quddiesa.
5. Nhar il-Ħadd niċċelebraw Ħadd il-Palm. Il-Funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-Żebbuġ u l-palm issir fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu fid-9.00 am, wara tibda l-Purċissjoni għall-Knisja parrokkjali.
6. Min-nhar il-Festa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, is-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-bieb ta’ barra se jkun hemm kaxxa apposta sabiex tkunu tistgħu tagħtu l-kontribuzzjoni tagħkom b’risq dawk li huma fil-bżonn.
7. Fil-weekend li ġej il-Parroċċa se torganizza Cake Sale b’risq Puttinu Cares Foundation. Nistiednu lill-familji sabiex joffru cake jew figolla li jistgħu iġibuhom il-Knisja jew fl-uffiċċju parrrokkjali.
8. Din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’ Triq Dun Edgar Vella .
Il-Ħadd 10 ta’ Marzu 2018
Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan,
Sena B
1. Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mill-Grupp ta’ Talb San Franġisk fis-7 pm fil-Kappella tal-Adorazzjoni.
2. Nhar l–Erbgħa se jsir it-tberik fi Triq Kanonku Bonnici. It-tberik jibda fl-4.30 pm.
3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa.
4. Nhar Ġimgħa fis-7.00 pm se jkun hawn l-aħħar minn 3 laqgħat tal-eżerċizzi għal kulħadd. Il-Predikatur se jkun Fr Stefan Attard. Nhar il-Ġimgħa ukoll se jkun hemm adorazzjoni fil-5.30 pm fil-kappella tal-Adorazzjoni imexxija mill-Grupp Ħniena Divina.
5. Fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-parroċċa din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’ Triq idDuluri.
6. Nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu se norganizzaw ‘figolli day’ għat-tfal fejn jiltaqgħu fis-sala Dun Manwel jagħmlu l-figolla. It-tfal huma mitluba jġibu 2 euro li tmur għall-“Puttinu Cares”. Il-figolla jeħduha magħhom id-dar.
7. Bejn il-festa tad-Duluri u Ħadd-il Palm, il-Parroċċa se torganizza Cake Sale b’risq Puttinu Cares Foundation sabiex ngħinu familji li għandhom tfal bil-marda tal-kanċer. Nistiednu lil-familji sabiex joffru cake jew figolla sabiex ikun jista’ jinbiegħ u noffru d-dhul kollu lill-Fondazzjoni. Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jġibu l-cakes fl-uffiċċju parrrokkjali fil-ħin ta’ l-uffiċċju.
8. Bħal kull sena, it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġukom biex meta tkunu qed taħsbu għall-figolla għall-qrabatkom, taħsbu ukoll f’dawn ħutna. Il-Figolli tistgħu iġġibuhom fl-uffiċċju parrrokkjali jew fis-sagristija.
9. Nhar Il-Ħamis se jsir coffee morning b’risq ta’ Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.
10. Nhar it-Tlieta 20 ta’ Marzu se mmorru ninviżtaw ir-Redentur ta’ l-Isla. Biljetti mingħand il-helpers.
11. Nitolbu għal ruħ Lorenzo Zammit li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-Ħadd 4 ta’ Marzu 2018
It-Tielet Ħadd tar-Randan,
Sena B
1. Nhar l-Erbgħa se jsir it-tberik fi Triq Lord Byron u Triq Adelaide Cini. It-tberik jibda fl-4.30 pm.
2. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa.
3. Nhar Ġimgħa fis-7.00 pm se jkun hawn it-tieni minn 3 laqgħat li se jieħdu post l-eżerċizzi għal kulħadd.
4. Nhar is-Sibt fid-9.00 pm se ssir adorazzjoni għall-qdusija tas-saċerdoti fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun. Ikollna t-trasport minn quddiem il-Knisja.
5. Fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-parroċċa din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’ Triq Danny Cremona.
6. Il-Ġabra speċjali għas-Seminarju li għamilna l-ġimgħa li għaddiet leħħqet elf u disa’ u tletin euro. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
7. Tlett ġimgħat oħra l-Parroċċa se torganizza Cake Sale b’risq Puttinu Cares Foundation sabiex ngħinu familji li għandhom tfal bil-marda tal-kanċer. Nistiednu lill-familji sabiex joffru cake sabiex ikun jista’ jinbiegħ f’Ħadd il-Palm u noffru d-dħul kollu lill-Fondazzjoni.
8. Nhar l-Erbgħa se ssir ħarġa għall-anzjani bil-quddiesa fil-Birgu. Tluq fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-ħelpers.
9. Il-Ħamis 15 ta’ Marzu jsir coffee morning b’risq ta’ Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.
10. Nitolbu għal ruħ Maryanne Chircop li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-Ħadd 25 ta’ Frar 2018
It-Tieni Ħadd tar-Randan,
Sena B
1. Nhar il-Ħamis se jkun hawn adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm u wara jiltaqa il-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
2. Nhar il-Ġimgħa fis-7 pm se jkun hawn l-ewwel minn 3 laqgħat li se jiehdu post l-eżerċizzi għal kulħadd. Il-predikatur se jkun Fr Paul Sciberras li huwa lecturer fuq l-Iskrittura fl-Universita’.
3. Fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-parroċċa din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’ Triq Barth.
4. Nhar l-Erbgha 8 ta’ Marzu fid-9.00 am se ssir ħarġa għall-anzjani bil-quddiesa fil-Birgu. Biljetti mingħand il-helpers.
5. Nitolbu għal ruħ Ines Borg, Emanuel Brincat kif ukoll għas-soċja Ines Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.