12 ta’ Diċembru 2018
Cordina Robert
14 ta’ Diċembru 2018
Il-Ħadd 30 ta’ Settembru 2018 – Is-Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
1. Ix-xahar t’ Ottubru huwa ix-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa minn għada t-Tnejn ir-rużarju jibda jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.15 am u wara l-quddiesa tas-6.30 pm għal matul ix-xahar ta’ Ottubru.
2. Nhar l-Erbgħa se ssir l-ewwel laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.
3. Nhar il-Ħamis fil-quddiesa tas-6.30 pm nagħtu bidu għal sena oħra ta’ ħidma pastorali. Inħeġġu speċjalment lil membri tal-Kummissjonijiet u għaqdiet tal-parroċċa u lajċi impenjati biex jattendu, biex flimkien nitolbu l-barka ta’ Alla fuq il-ħidma pastorali li se nwettqu matul din is-sena. Wara se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-Sala Dun Manwel. Ir-rużarju se jingħad fis-6.00 pm.
4. Nhar il- Ġimgħa il-Caritas se torganizza quddiesa għall-anzjani fil-knisja Parrokkjali tal-Mosta. Iċ-Ċentru ta’ l-anzjani tal-parroċċa se jorganizzaw trasport għal din il-quddiesa u wara ssir attivita’ soċjali. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.30 am.
5. Nhar il-Ġimgħa hija wkoll il-Festa ta’ Santa Faustina, ir-rużarju se jingħad fis-6.00 pm. Wara l-quddiesa se ssir adorazzjoni animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
6. Minn din il-ġimgħa se jibda jsir il-ġbir tal-preserves għall-bazaar tal-parroċċa li se jsir fl-aħħar ta’ Ottubru. Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom.
7. Il-Ġabra għall-Art Imqaddsa ammontat għal € 735. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
8. Bħalissa qed jinħass nuqqas ta’ volontiera għat-tindif tal-knisja. Infakkru li t-tindif isir il-Ġimgha fid-9.00 am u napprezzaw ħafna jekk hawn min jista joffri xi ftit tal-ħin fil-ġimgħa.
9. Nitolbu għal ruħ Alfred Borg li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
10 Matul din is-sena sa Marzu li ġej il-Papa nieda sena tal-Ġublew ta’ San Alwigi Gonzaga f’għeluq l-450 sena mit-twelid tiegħu, fejn f’Malta tista’ tintrebaħ l-Indulgenza Plenarja fil-Kappella tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, fil-Knisja ta’ Sarria, Floriana u l-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija.
Il-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018 – It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
- Nhar it-Tnejn fis-7:00 pm fiċ-Ċentru Soċjali tal-Irġiel ikun hawn laqgħa għal kulħadd minn ko-operatur tal-Museum.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
- Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej 15 u 16 ta’ Settembru ser tiġi ċċelebrata ġurnata ta’ talb u ta’ għajnuna għall-Art Imqaddsa. Nitolbu lil Alla biex idawwal l-imħuħ u jmexxi l-qlub tal-bnedmin biex ikun hemm il-paċi fl-Art Imqaddsa. Il-ġabra tal-weekend li ġej tkun għall-Art Imqaddsa. Bl-Offerta tagħna nkunu qed ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u wkoll inkunu ta’ għajnuna għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa.
- Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Oscar Zammit.
- Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Venera fid-9:00 pm. Ikollna trasport li jitlaq fit-8:15 pm.
- Minn nhar l-Erbgħa se jerġa’ jibda jiltaqgħu l-Kor Parrokkjali. Nixtiequ nistiednu kemm irġiel u kemm nisa biex jidħlu fil-Kor. Il-Kor jiltaqa’ kull nhar ta’ Erbgħa għar-rehearsals u dawk li huma interessati jagħtu servizz lill-parroċċa jistgħu jibdew minn nhar l-Erbgħa li ġejjin.
Il-Ħadd 19 t’Awwissu 2018 – L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
- Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Misraħ il-Barrieri.
- Nhar it-tlieta 28 t’Awwissu fis-1,30 pm ser issir ħarġa għal Birżebbugia. Biljetti mingħand il-helpers.
- Wasal “Kliem il-Ħajja” ta’ Settembru – Diċembru. Id-distributuri huma mitluba li jiġu għalihom l-Uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
- Nitolbu għal ruħ Jane Mizzi li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-Ħadd 5 t’Awwissu – It-Tmintax-il Ħadd matul is-sena B
1. Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-Irġiel, ikun hawn il-laqgħa għal kulħadd minn koperatur tal-Museum.
2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni immexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
3. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-knisja San Franġisk, Birkirkara fid-9.00 pm. Ikollna it-trasport li jitlaq fit-8.15 pm.
4. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Manwel Magri.
5. Nhar it-Tlieta 14 ta’ Awwissu se ssir ħarġa għall-Birżebbuġia. Biljetti mingħand il-helpers.
6. Nitolbu għar-ruħ Rosario Demanuele li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-Ħadd 29 ta’ Lulju 2018 – Is-Sbagħtax-il Ħadd matul is-sena B
1. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikollna Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30pm.
2. Nhar is-Sibt li ġej ser issir l-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons. Joseph Galea-Curmi, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa tibda’ fis-7:00 pm u ser titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Lejlet l-ordinazzjoni, fis-7:30 pm, ser issir velja ta’ talb fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. Kulħadd hu mistieden għal dawn iż-żewġ okkażjonijiet u kulħadd hu mħeġġeġ biex jitlob għal Mons. Galea-Curmi biex il-Mulej ikun l-għajnuna u l-qawwa tiegħu f’din ir-responsabbiltà ġdida fdata lilu mill-Papa Franġisku. Għall-ordinazzjoni se jiġi organizzat trasport minn quddiem il-Knisja fis-6:00 pm. Min hu interessat jagħti, ismu fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
3. Nhar il-Ħadd li ġej huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar u se nagħmlu ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
4. Nhar it-Tlieta se ssir ħarġa għall-Birżebbuġia. Biljetti mingħand il-helpers.