Il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2020 – It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Avviżi
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Infakkru lil dawk li għadhom ma bagħtux l-envelopp tal-ġabra tal-Missjoni sabiex iġibuhom il-Knisja jew l-Uffiċċju Parrokkjali.
- Nitolbu għal Josephine Mercieca li mietet din ġimgħa: Agħtiha, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
- Fejn il-bieb ta’ barra qed intellgħu lotterija biex ngħinu l-grupp tal-abbatini.
Direttivi ġodda li se jibdew japplikaw mit-Tnejn -16.11.20
- Tistgħu tpoġġu biss fejn hemm indikat permezz ta’ sinjal aħdar. Filkaż ta’ koppji jistgħu joqgħodu fejn xulxin fil-bankijniet tan-nofs biss. Fil-bankijiet tal-ġnub tista’ toqgħod persuna waħda biss. Familja tista’ toqgħod flimkien biss fil-bankijiet tan-nofs tal-knisja ndikati b’erba’ jew ħames sinjali ħodor.
- Importanti li dawk li jagħtu l-offerta waqt il-quddiesa jużaw s-sanitizer wara li jagħtuha.
- In-niċeċ jew xbihat ta’ devozzjoni ma jistgħux jintmessu.
- Sakemm joħorġu direttivi ġodda it-tqarbin tal-morda fid-djar se jieqaf.
Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020 – It-Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Avviżi
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Il-Ħamis ukoll se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-kappella fid-8.45 am.
- Il-Ġabra speċjali għall-Missjoni li għamilna x-xahar li għadda laħqet €693. Filwaqt li nirringrazzjawkom infakkrukom fl-envelopes li kull familja irċeviet bil-posta. Dawk li jixtiequ jistgħu jibgħatu ċekk lil-Uffiċċju Missjunarju. Dawk li jixtiequ jibgħatu kontanti ma nissuġġerux li jibgħatuhom bil-posta imma jistgħu iġibuhom l-uffiċċju parrokkjali jew is-sagristija.
Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020 – Il-Qaddisin Kollha
Avviżi
- Nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru ssir it-Tifkira Solenni ta’ ħutna l-mejtin. Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu: 6.15; 6.45; 7.15; 7.45 u fit-8.15 am. Filgħaxija jkollna rużarju fis-6.00 p.m. u fis-6.30 p.m. quddiesa għall-erwieħ tal-membri tal-parroċċa li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra.
- Nhar il- Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ir-rużarju jkun fis-6 pm. Wara l-quddiesa ikun hemm l-adorazzjoni.
- Nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u l-Ġimgħa fil-ħinijiet tal-uffiċċju filgħaxija jkompli l-booking għall-quddies tas-sena 2021. Importanti li dawk li se jibbukkjaw numru ta’ quddies iġibu magħhom il-lista tal-intenzjonijiet. Jekk id-data tal-intenzjoni taħbat t-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt ma nkunux nistgħu nibukkjawha .
- Infakkru li l-envelopes tal-Missjoni tistgħu iġġibuhom l-Uffiċċju parrokkjali jew is-sagristija mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru.
Il-Ħadd 25 t’Ottubru 2020 – It-Tletin Ħadd matul is-Sena A
Avviżi
- Illum se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma fil-quddiesa tad-9.30 am. Peress li, minħabba d-distanza soċjali, ħa jkun hemm ftit postijiet disponibbli, nissuġġerixxu li din il-quddiesa inħalluha għall-familji tat-tfal tal-Griżma u nsibu ħinijiet oħra.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk, nagħmlu l-ġabra Speċjali għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.
- Nitolbu għal ruħ ta’ Rennie Zarb u Salvu Spiteri li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
- Nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u l-Ġimgħa fil-ħinijiet ta’ l-uffiċċju filgħaxija se jsir il-booking għall-quddies tas-sena 2021. Importanti li dawk li se jibbukkaw numru ta’ quddies iġibu magħhom il-lista ta’ l-intenzjonijiet. Jekk id-data ta’ l-intenzjoni taħbat it-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt ma nkunux nistgħu nibukkjawha .
Il-Ħadd 18 t’Ottubru 2020 – Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Avviżi
Avviżi
- Nhar it-Tnejn Fis-7.00 pm se ssir laqgħa għall-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma nhar il-Ħadd li ġej u qrar fil-knisja.
- Nhar it-Tlieta fis-7.00 pm laqgħa għall-ġenituri u parrini tal-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma fil-knisja. Dak inhar ukoll se ntellgħu il-polza.
- Nhar il-Ħamis se ssir quddiesa u adorazzjoni għall-ġenituri flimkien ma’ uliedhom li se jirċievu l-Griżma.
- Nhar il-Ġimgħa fis-7 pm ser isir prova tal-Ġrizma fil-knisja.
- Nhar il-Ħadd li ġej, fil-parroċċa tagħna, se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-quddiesa tad-9.30 am. Min is-soltu jattendi għal din il-quddiesa inħeġġuhom illi jattendu quddiesa ħin ieħor ħalli nħallu l-knisja riservata għat-tfal u l-familjari tagħhom.
- Nixtiequ navżawkom li l-quddies li kellu jsir nhar it-Tnejn u nhar it-Tlieta fil-5.30 pm għat-tfal li jattendu l-katekiżmu ser jiġu posposti.
- Illum qed niċċelebraw Jum il-Missjoni. Din is-sena kull familja irċeviet envelop bil-posta mill-Uffiċċju Missjunarju. Dawk li jixtiequ jistgħu jibgħatu ċekk lill-Uffiċċju Missjunarju, imma dawk li jixtiequ jibgħatu kontanti huma mħeġġin iġibu d- donazzjoni fl-envelop jew fl-uffiċċju jew il-knisja. Importanti li ma tibgħatux flus kontanti bil-posta. Navżaw li mhux se jinġabru envelops mid-djar, għalhekk dawk li ma joħorġux jistgħu jgħadduhom lil xi ħbieb li jiġu l-knisja.
- Il-ġabra tal-Papa laħqet is-somma ta’ 664 euro. Nirringrazzjawkom.
Il-Ħadd 11 t’Ottubru 2020 – It-Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Avviżi
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar il-Ħadd li ġej se niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja. Għalhekk il-ġbir kollu ta’ nhar il-Ħadd li ġej se jmur għall-Missjoni tal-Knisja Kattolika.
- Nhar it-Tnejn 19 t’Ottubru fil-5.30 pm se nagħmlu quddiesa għall-bniet kollha li jattendu l-Museum. Wara ikun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm.
- Nhar it-Tlieta 20 t’Ottubru fil-5.30 pm se norganizzaw quddiesa għas-subien kollha li jattendu l-Museum. Wara dawn il-quddies se ninfurmaw lill-genituri kif se jsir il-katekiżmu din is-sena. Wara ikun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm
- Nitolbu għal ruħ John Cauchi u Joseph Mugliett li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.