Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020 – Il-Qaddisin Kollha

Avviżi

  1. Nhar  it-Tnejn 2 ta’ Novembru  ssir it-Tifkira Solenni ta’ ħutna l-mejtin. Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu: 6.15; 6.45; 7.15; 7.45 u fit-8.15 am. Filgħaxija jkollna  rużarju fis-6.00 p.m. u fis-6.30 p.m. quddiesa għall-erwieħ tal-membri tal-parroċċa  li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra.
  2. Nhar il- Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ir-rużarju jkun fis-6 pm. Wara l-quddiesa ikun hemm l-adorazzjoni.
  3. Nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u l-Ġimgħa fil-ħinijiet tal-uffiċċju filgħaxija jkompli l-booking għall-quddies tas-sena 2021. Importanti li dawk li se jibbukkjaw numru ta’ quddies iġibu magħhom il-lista tal-intenzjonijiet. Jekk id-data tal-intenzjoni taħbat t-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt ma nkunux nistgħu nibukkjawha .
  4. Infakkru li l-envelopes tal-Missjoni tistgħu iġġibuhom l-Uffiċċju parrokkjali jew is-sagristija mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru.
Tags: No tags

Comments are closed.