Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021 – Is-Sitt Ħadd matul is-Sena B

Avviżi             

 

  1. Nhar it-Tnejn fis-7.00 pm fil-Knisja se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu l-preċett.
  2. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena, kif ukoll ta’ astinenza (ma jittiekilx laħam/isiru sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18 il-sena). Fil-quddies kollu jkollna l-funzjoni tat-tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, Via Sagra u fis-6.30 pm quddiesa kantata.
  3. Il-Ħamis fis-7.00 pm Adorazzjoni Ewkaristika.
  4. Nhar il-Ġimgħa peress li ma nistgħux nagħmlu l-pellegrinaġġ li kien isir kull sena bis-Salib, fis-6 pm se ssir Ċelebrazzjoni tal-Via Sagra quddiem il-Kurċifiss fil-knisjaIl-quddiesa ssir fis-7.00 pm.
  5. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lEwwel Għasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  6. Nhar il-Ħadd li ġej ser isir ġabra speċjali b’risq is-Seminarju.
  7. Qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-Ħadd 7 ta’ Frar 2021 – Il-Ħames Ħadd matul is-Sena B

  1. Nhar  l-Erbgħa  hija il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Navżaw li l-quddies ikun bħal tal-Ħadd.  Fil-quddiesa tad-9.30am se jkunu mistiedna l-parruċċani li jisimhom għal San Pawl.
  2. Nhar il-Ħamis huwa Jum il-Morda u l-Ewwel Dehra ta’ Lourdes. Għal din l-okkażjoni se niċċelebraw quddiesa għall-anzjani fid-9.30 am.
  3. Il-Ħamis fis-7.00 pm jkollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  4. Navżaw lill-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 30 ta’ Mejju, filwaqt li l-Griżma ta’ l-Isqof se nagħmluha l-Ħadd 27 ta’ Ġunju fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenuturi ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna jirreġistraw lit-tfal fl-uffiċċju parrokkjali mill-iktar fis possibbli.
  5. Nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar fis-7.00 pm fil-Knisja se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu l-preċett.
  6. Nitolbu għal ruħ Maria Dolores Muscat u Rosaria Azzopardi li mietu din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar – Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena B

Avviżi

  1. Minn nhar it-Tnejn fis-7.00 pm se tibda’ l-Katekeżi għal kulħadd fil-Katekumenju, wara l-Knisja Parrokkjali.
  2. Nhar it-Tlieta niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fis-6.30 pm ikollna quddiesa biċ-ċerimonja tat-tberik tax-xemgħa .
  3. Nhar Il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar.  Fis 6.30 pm quddiesa u wara Adorazzjoni Ewkaristika.
  4. Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar, ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  5. Nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar ikun Jum il-Morda u l-Ewwel Dehra ta’ Lourdes se ssir quddiesa apposta għall-anzjani fid-9.30 am.
  6. Is-superjur tal-Museum jixtieq jinforma lill-genituri li se jibdew joffru laqgħat tal-katekiżmu online għal dawk t-tfal li twieldu bejn s-snin 2010 u 2014 li qegħdin bejn it-Tieni u l-Ħames Sena tal-Katekeżi (Year 3 sa Year 6 tal-Iskola). Huwa importanti ħafna li t-tfal kollha ta’ l-inqas isegwu l-lezzjonijiet online li qed ikunu mniżżlin fir-rassenja u li għalihom tirċievu link apposta. Għalhekk napprezzaw li sa nhar it-Tlieta li ġejjin timlew din il-formola li tridu tagħmluha online u li ssibuha fuq il-facebook tal-Museum. (Dawk li jixtiequ jistgħu jieħdu din  il-link mis-sagristija).
  7. Navzaw lill-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 30 ta’ Mejju, filwaqt li l-Griżma ta’ l-Isqof se nagħmluha l-Ħadd 27 ta’ Ġunju fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna jirreġistrawhom lit-tfal fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar.
  8. Nitolbu għal ruħ Polly Bezzina u Joseph Markett  li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2021 – It-Tielet Ħadd matul is-Sena B

Avviżi

  1. Il-Ħamis fis-7.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Nixtiequ navżaw li qed ikun hawn xi persuni jiġbru flus f’isem organizzazzjonijiet tal-Knisja. Il-Knisja mhi tawtorizza lil ħadd biex isir ġbir fid-djar u għalhekk tkun ħaġa tajba jekk ninfurmaw lill-anzjani li għandna kuntatt magħhom sabiex ma jiftħux lil dawn in-nies.
  3. Nhar it-Tnejn 1 ta’ Frar fis-7.00 pm se tibda’ l-Katekeżi għal kulħadd fil-Katekumenju wara l-Knisja Parrokkjali.
  4. Nitolbu għal Carmen Magrin u Maria Pace li mietu din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.