Avvizi
- Nhar it-Tnejn, fis-7.00 pm., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-Irġiel, ikun hawn il-laqgħa minn koperatur tal-Museum għal kulħadd.
2. Nhar it-Tlieta fis-1.30 pm ser issir ħarġa għal Birżebbuġa. Biljetti mingħand helpers.
3. Nhar il-Ħamis hija s-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija. Infakkru li hija festa bl-obbligu tal-quddies bil-ħinijiet bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
4. Nhar Il-Ġimgħa jaħbat is-56 sena minn mindu infetħet il-knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa li mexxiha l-Isqof Emanuel Galea. Nirringrazzjaw lil Mulej tal-ġid kollu li sar f’din il-knisja.
5. Wasal Kliem –il Ħajja ta’ Settembru – Diċembru . Nitolbu lid-distributuri biex jiġu jiġbruhom mil-uffiċċju parrokkjali.
6. Nitolbu għal ruħ Emanuel Vasssallo li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.